8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 152/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Deċiżjoni Nru 623/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li temenda d-Direttiva 2002/2/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-għalf kompost (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007):

“1zzzs.

32007 R 0538: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16).

1zzzt.

32007 R 0634: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 tas- 7 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 14).”

2.

Li ġej għandu jiżdied fis-16-il inċiż (id-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE):

“, kif emendat b'li ġej:

32007 D 0623: Deċiżjoni Nru 623/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 (ĠU L 154, 14.6.2007, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 538/2007 u (KE) Nru 634/2007 u d-Deċiżjoni Nru 623/2007/KE, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 62.

(2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16.

(3)  ĠU L 146, 8.6.2007, p. 14.

(4)  ĠU L 154, 14.6.2007, p. 23.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.