10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 100/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 135/2007

tas-26 ta' Ottubru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “'il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru li jistabbilixxi regoli għas-saħħa dwar prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum tal-bniedem (2) kif ikkoreġut mill-ĠU L 30, 3.2.2007, p. 3, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Eewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2002 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/425/KEE u 92/118/KEE rigward ħtiġiet ta' saħħa għal prodotti sekondarji ġejjin mill-annimali (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula r-regoli tas-saħħa rigward il-prodotti ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum tal-bniedem (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 dwar miżuri tranżitorji taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards għall-ipproċessar tal-materjal fil-kategorija 3 u d-demel għall-pjanti ta' l-ikkompostjar (5) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 dwar miżuri transitorji taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards għall-ipproċessar tal-materjal fil-kategorija 3 u d-demel għall-impjanti ta' l-ikkompostjar (6) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni ta' riċiklaġġ ta' l-intra-speċje għall-ħut, id-dfin u l-ħruq ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u ċerti miżuri transizzjonali (7) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 446/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jħassar numru ta' deċiżjonijiet dwar annimali sekondarji (8) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' prodotti sekondarji mill-annimali (9) kif ikkoreġut mill-ĠU L 109, 22.4.2006, p. 12, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi miżuri transizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifkati bħala materjali ta' Kategorija 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċi (10) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad-19 ta' Jannar 2005 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta' rimi jew użu ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u li jemenda l-Anness VI tiegħu dwar it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw (11) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2005 tad-19 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-ipproċessar ta' prodotti sekondarji li ġejjin mill-ħut u dokumenti kummerċjali għat-trasport ta' prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali (12) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2067/2005 tas-16 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 rigward mezzi alternattivi ta' rimi jew użu ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali (13) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2006 tas-7 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u (KE) Nru 810/2003 fir-rigward ta' l-estenzjoni tal-validità tal-miżuri tranżitorji għal impjanti ta' kompostaġġ jew bijogass skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2006 ta' l-4 ta' Awissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' pjanti approvati fl-Istati Membri (15) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(16)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1678/2006 tas-16 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 rigward mezzi alternattivi ta' rimi jew użu ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali (16) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(17)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1877/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 li jippreskrivi miżuri tranżitorji skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifikati bħala materjali tal-Kategoriji 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċi (17) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(18)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-importazzjoni u t-tranżitu ta' ċerti prodotti intermedjarji li huma derivati minn materjal mill-Kategorija 3 intenzjonat għall-użu tekniku fit-tagħmir mediku, fid-dijanjostiċi in vitro u fir-reaġenti tal-laboratorju u li jemenda lil dak ir-Regolament (18) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 90/667/KE (19), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/348/KE (20) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE (21), li huma mdaħħla fil-Ftehim u li konsegwentament għandhom jitħassru skond il-Ftehim.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 446/2004 iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/562/KEE (22), 97/735/KE (23) u 2001/25/KE (24), li huma mdaħħla fil-Ftehim u li konsegwentament għandhom jitħassru mill-Ftehim.

(21)

Din id-deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

(22)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda b'perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttiva tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness 1 għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ir-reviżjoni ta' dan il-Kapitolu b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-Żee Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1774/2004 (kif rettifikat mill-ĠU L 30, 3.2.2007, p. 3), (KE) Nru 808/2003, (KE) Nru 809/2003, (KE) Nru 810/2003, (KE) Nru 811/2003, (KE) Nru 446/2004, (KE) Nru 668/2004, as corrected by ĠU L 109, 22.4.2006, p. 12, (KE) Nru 878/2004, (KE) Nru 92/2005, (KE) Nru 93/2005, (KE) Nru 2067/2005, (KE) Nru 209/2006, (KE) Nru 1192/2006, (KE) Nru 1678/2006, (KE) Nru 1877/2006 u (KE) Nru 2007/2006 u d-Direttiva 2002/33/KE bl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ottubru 2007, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum li fih tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007, liema data tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 47, 21.2.2008, p. 10.

(2)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 315, 19.11 2006, p. 14.

(4)  ĠU L 117, 13.5 2006, p. 1.

(5)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 10.

(6)  ĠU L 117, 13.5 2003, p. 12.

(7)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14.

(8)  ĠU L 72, 11.3.2004, p. 62.

(9)  ĠU L 112, 19.4.2004, p. 1.

(10)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 62.

(11)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27.

(12)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 34.

(13)  ĠU L 331, 17.12.2005, p. 12.

(14)  ĠU L 36, 8.2.2006, p. 32.

(15)  ĠU L 215, 5.8.2006, p. 10.

(16)  ĠU L 314, 15.11.2006, p. 4.

(17)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 133.

(18)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98.

(19)  ĠU L 363, 27.12.1990, p. 51.

(20)  ĠU L 202, 26.8.1995, p. 8.

(21)  ĠU L 204, 4.8.1999, p. 37.

(22)  ĠU L 359, 9.12.1992, p. 23.

(23)  ĠU L 294, 28.10.1997, p. 7.

(24)  ĠU L 6, 11.1.2001, p. 16.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


ANNESS

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehom għandu jiġi emendat kif speċifikat hawn taħt.

1)

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 9a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/534/KE) fil-Parti 7.1:

“9b.

32002 R 1774: Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru li jistabbilixxi regoli għas-saħħa dwar prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum tal-bniedem (ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1) kif emendat minn:

32003 R 0808: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 tat-12 ta' Frar 2003 (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 1),

32004 R 0668: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 (ĠU L 112, 19.4.2004, p. 1), kif korrett bil-ĠU L 109, tal-22.4.2006, p. 12,

32005 R 0092: Ir-Regolamentegolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad-19 Jannar 2005 (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27),

32005 R 0093: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2005 tad-19 ta' Jannar 2005 (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 34).”

2)

l-intestatura “skart ta' l-annimali, pathoġeni” fil-parti 7.1 għandha tiġi mibdula mill-intestatura “prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman”.

3)

l-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE) fil-parti 1.1, 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KE) fil-parti 5.1 u 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KE) fil-parti 8.1:

“—

32002 L 0033: Id-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2002 (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).”

4)

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/478/KE) fil-Parti 7.2:

“34.

32003 R 0809: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 809/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 dwar miżuri transitorji skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards għall-ipproċessar tal-materjal fil-kategorija 3 u d-demel għall-impjanti ta' l-ikkompostaġġ (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 10), kif emendat minn:

32006 R 0209: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2006 tas-7 ta' Frar 2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 32).

35.

32003 R 0810: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 810/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 dwar miżuri transitorji skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards għall-ipproċessar tal-materjal fil-kategorija 3 u d-demel għall-impjanti ta' l-ikkompostaġġ (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 12), kif emendat minn:

32006 R 0209: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2006 tas-7 ta' Frar 2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 32).

36.

32003 R 0811: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni ta' riċiklaġġ ta' l-intra-speċje għall-ħut, id-dfin u l-ħruq ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u ċerti miżuri transizzjonali (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14).

37.

32004 R 0446: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 446/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jħassar numru ta' deċiżjonijiet dwar prodotti sekondarji ta' annimali (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 62).

38.

32004 R 0878: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi miżuri transizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifkati bħala materjali ta' Kategorija 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċi (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 62), kif emendat minn:

32006 R 1877: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1877/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 360, 19.12.2006, p. 133).

39.

32005 R 0092: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad-19 ta' Jannar 2005 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mezzi ta' rimi jew użi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u li jemenda l-Anness VI tiegħu dwar it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar tax-xaħmijiet li jirriżultaw (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27), kif emendat minn:

32005 R 2067: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2067/2005 tas-16 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 331, 17.12.2005, p. 12).

32006 R 1678: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1678/2006 ta' l-24 ta' Novembru 2006 (ĠU L 314, 15.11.2006, p. 4).

40.

32006 R 1192: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2006 ta' l-4 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' impjanti approvati fl-Istati (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 10).

41.

32006 R 2007: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-importazzjoni u t-tranżitu ta' ċerti prodotti intermedjarji li huma derivati minn materjal mill-Kategorija 3 intenzjonat għall-użu tekniku fit-tagħmir mediku, fid-dijanjostiċi in vitro u fir-reaġenti tal-laboratorju u li jemenda lil dak ir-Regolament (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98).”

5)

Għandu jitneħħa t-test tal-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE) u 9a (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE) fil-Parti 7.1 u l-punti 7 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/562/KEE) u 11 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/348/KE) fil-Parti 7.2.