21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 47/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 127/2007

tat-28 ta' Settembru 2007

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/623/KE ta' l-24 ta' Lulju 2002 li tistabilixxi noti ta' gwida biex jissupplimentaw l-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (3) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/811/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tistabilixxi noti ta' gwida li jissupplimentaw l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikamenti u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (4) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/812/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tistabilixxi skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-Format tas-Sommarju tat-Tagħrif li għandu x'jaqsam mat-tqegħid fis-suq ta' l-organiżmi modifikati ġenetikment bħala prodotti jew ġo fihom (5) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/813/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi, skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format ta' informazzjoni ta' notifika sommarja għal notifiki dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament għal għanijiet barra dak ta' tqegħid fis-suq (6) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/701/KE tad-29 ta' Settembru 2003 li tistabbilixxi permezz tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill format għall-preżentazzjoni tar-riżultati tar-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' pjanti aktar għolja ġenetikament modifikati għall-iskopijiet apparti milli għat-tqegħid fis-suq (7) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/204/KE tat-23 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-operazzjoni tar-reġistri għar-reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-modifikazzjonijiet ġenetiċi fil-GMOs, kif provdut għalihom fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 25c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/584/KE):

“25d.

32001 L 0018: Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

a)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar ta' l-Artikolu 30(2):

‘L-Istati ta' l-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat, iżda m'għandux ikollhom id-dritt tal-vot. Ir-regoli interni ta' proċedura tal-Kumitat għandhom jiġu aġġustati biex tingħata effett sħiħ il-parteċipazzjoni ta' l-Istati ta' l-EFTA.’

b)

L-Artikolu 23 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

‘1)   Meta Parti Kontraenti jkollha raġunijiet dettaljati biex tikkunsidra li OĠM bħal jew fi prodott li kien notifikat kif suppost u tkun irċeviet l-approvazzjoni bil-miktub taħt din id-Direttiva jikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-ambjent, dik il-Parti Kontraenti tista' tirristrinġi jew tipprojbixxi l-użu u/jew il-bejgħ ta' dak il-GMOs bħal jew fi prodott f'dak it-territorju. Il-parti kontraenti għandha tassigura li fil-każ ta' riskju gravi, miżuri ta' emerġenza, bħal sospensjoni jew terminazzjoni ta' tpoġġija fis-suq, jiġu applikati, inkluż informazzjoni lill-pubbliku.

Il-Parti kontraenti għandha tinforma minnufih lill-Partijiet Konraenti l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE bl-azzjonijiet meħuda skond dan l-Artikolu u għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

2)   Jekk Parti Kontraenti tkun tixtieq hekk, għandhom isiru konsultazzjonijiet dwar l-adekwatezza tal-miżura fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Parti VII tal-Ftehim għandha tapplika.’

ċ)

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li d-Direttiva tkopri biss aspetti relatati mar-riskji potenzjali fuq il-bnedmin, l-annimali, il-pjanti u l-ambjent. L-Istati ta' l-EFTA għaldaqstant jirriżervaw id-dritt li japplikaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom f'dan il-qasam f'rabta ma' tħassib ieħor minbarra s-saħħa u l-ambjent, sakemm din tkun kompatibbli ma' dan il-Ftehim.

d)

Il-Liechtenstein m'għandux ikun obbligat li jirċievi u/jew jipproċessa applikazzjonijiet dwar l-ewwel post fis-suq tal-GMOs (l-Artikoli 12 sa 24). Madanakollu, il-Liechtenstein għandu jirċievi kull informazzjoni minn Stati Membri oħra fi ħdan il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni kif previsti mid-Direttiva.”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 25d (id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“25e.

32002 D 0623: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/623/KE ta' l-24 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi noti ta' gwida li huma supplimentari għall-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 200, 30.7.2002, p. 22).

25f.

32002 D 0811: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/811/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi noti ta' gwida li huma supplimentari għall-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 280, 18.10.2002, p. 27).

25g.

32002 D 0812: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/812/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tistabilixxi skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-Format tas-Sommarju tat-Tagħrif li għandu x'jaqsam mat-tqegħid fis-suq ta' l-organiżmi modifikati ġenetikment bħala prodotti jew ġo fihom (ĠU L 280, 18.10.2002, p. 37).

25h.

32002 D 0813: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/813/KE tat-3 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi, skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format ta' informazzjoni ta' notifika sommarja għal notifiki dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament għal għanijiet barra dak ta' tqegħid fis-suq (ĠU L 280, 18.10.2002, p. 62).

25i.

32003 D 0701: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/701/KE tad-29 ta' Settembru 2003 li tistabbilixxi permezz tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill format għall-preżentazzjoni tar-riżultati tar-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' pjanti aktar għolja ġenetikament modifikati għall-iskopijiet apparti milli għat-tqegħid fis-suq (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 21).

25j.

32004 D 0204: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/204/KE tat-23 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-operazzjoni tar-reġistri għar-reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-modifikazzjonijiet ġenetiċi fil-GMOs, kif provdut għalihom fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 3.3.2004, p. 20).”

3.

It-test tal-punt 25 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE) għandu jkun imħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2001/18/KE u tad-Deċiżjonijiet, 2002/623/KE, 2002/811/KE, 2002/812/KE, 2002/813/KE, 2003/701/KE u 2004/204/KE fil-lingwa Iżlandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 328, 13.12.2007, p. 42.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 200, 30.7.2002, p. 22.

(4)  ĠU L 280, 18.10.2002, p. 27.

(5)  ĠU L 280, 18.10.2002, p. 37.

(6)  ĠU L 280, 18.10.2002, p. 62.

(7)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 1.

(8)  ĠU L 65, 3.3.2004, p. 20.

(*)  Ħtieġiet kostituzzjonali huma indikati.