21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 47/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 120/2007

tat-28 ta' Settembru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 91/2007 tas-6 ta' Lulju ta' l-2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn l-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) ta' l-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32006 R 1899: Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1),

32006 R 1900: Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 377, 27.12.2006. p. 176).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1899/2006 u 1900/2006 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  U L 328, 13.12.2007, p. 40.

(2)  U L 377, 27.12.2006, p. 1.

(3)  U L 377, 27.12.2006, p. 176.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.