21.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 47/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2007

tat-28 ta' Settembru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2007 tas-6 ta' Lulju 2006 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/583/KE tas-17 ta' Awwissu 2006 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tossini Fusarium fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li telenka l-ingredjenti li għandhom taħt kull ċirkostanza jidhru fuq it-tikketti tal-prodotti ta' l-ikel (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar il-prattika tajba tal-manifattura ta' materjali u artikoli maħsuba li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/7/KE ta' l-14 ta' Frar 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' fdalijiet ta' l-atrazine, il-lambda-cyhalothrin, il-phenmedipham, il-methomyl, il-linuron, il-penconazole, il-pymetrozine, il-bifenthrin u l-abamectin (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/12/KE tas-26 ta' Frar 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' fdalijiet tal-penconazole, il-benomyl u l-carbendazim (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE ta' l-20 ta' Frar 2007 li temenda Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' fdalijiet tal-phosphamidon u l-mevinphos (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/9/KE ta' l-20 ta' Frar 2007 li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu ta' l-aldicarb (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE tal-21 ta' Frar 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' fdalijiet ta' l-acetamiprid, it-thiacloprid, l-imazosulfuron, il-methoxyfenozide, l-S-metholachlor, il-milbemectin u t-tribenuron (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE):

“—

32007 L 0008: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE tal-21 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 18 (Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32006 L 0142: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).”

3.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE):

“—

32007 L 0007: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/7/KE ta' l-14 ta' Frar 2007 (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 19),

32007 L 0008: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE ta' l-20 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9),

32007 L 0011: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE tal-21 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 26).”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE):

“—

32007 L 0011: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE tal-21 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 26).”

5.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32007 L 0007: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/7/KE ta' l-14 ta' Frar 2007 (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 19),

32007 L 0012: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/12/KE tas-26 ta' Frar 2007 (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 75),

32007 L 0008: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE ta' l-20 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9),

32007 L 0009: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/9/KE ta' l-20 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 17),

32007 L 0011: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE tal-21 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 26).”

6.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzza (Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE):

“54zzzb.

32006 R 2023: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar il-prattika tajba tal-manifattura ta' materjali u artikoli maħsuba li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 75).”

7.

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 60 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/108/KE):

“61.

32006 H 0583: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/583/KE tas-17 ta' Awwissu 2006 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tossini Fusarium fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali (ĠU L 234, 29.8.2006, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2023/2006, id-Direttivi 2006/142/KE, 2007/7/KE, 2007/12/KE, 2007/8/KE, 2007/9/KE u 2007/11/KE u r-Rakkomandazzjoni 2006/583/KE fil-lingwa Iżlandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 28 ta' Settembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 328, 13.12.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 35.

(3)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110.

(4)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 75.

(5)  ĠU L 43, 15.2.2007, p. 19.

(6)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 75.

(7)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9.

(8)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 17.

(9)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 26.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.