|
21.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 47/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 97/2007
tat-28 ta' Settembru 2007
li temenda l-Anness I (Affarijiet Veterinarji u fitosanitarji), l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, eżaminazzjoni u ċertifikazzjoni) u Protokoll 47 (Tneħħija ta' l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ ta' l-inbid) li hemm mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (1). |
|
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 47 tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (3). |
|
(4) |
Il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Żvizzera jifformaw unjoni doganali skond it-Trattat Doganali tad-29 ta' Marzu 1923. |
|
(5) |
L-Anness 11 dwar miżuri dwar is-saħħa ta' l-annimali u żutekniċi applikabbli għall-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, (4) minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim dwar l-Agrikoltura” huwa applikabbli għal-Liechtenstein. Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2003 (5) teżenta lil-Liechtenstein mill-applikazzjoni ta' Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim. |
|
(6) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 (6), kif emendat, ġie estiż għal-Liechtenstein bi Ftehim Addizzjonali tat-22 ta' Lulju 1972 (7). Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 177/2004 (8) teżenta lil-Liechtenstein mill-applikazzjoni tal-Protokoll Nru 3 u partijiet mill-Protokoll Nru 4 għall-Ftehim. |
|
(7) |
Il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Liechtenstein qablu li jestendu l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura għal-Liechtenstein bi Ftehim Addizzjonali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Addizzjonali”, li għandu jidħol fis-seħħ fl-istess ħin ma' din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Għal dan il-għan huwa xieraq, anke sabiex ikun hemm applikazzjoni konsistenti ta' sett uniku ta' regoli għall-katina kollha ta' l-ikel, li l-Liechtenstein jiġi eżentat mill-applikazzjoni tal-partijiet li jikkorrispondu tal-Ftehim, jiġifieri l-Anness I, il-Kapitoli XII u XXVII ta' l-Anness II, u l-Protokoll 47 sakemm il-Ftehim dwar l-Agrikoltura jibqa' applikabbli għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum li fih jidħol fis-seħħ il-Ftehim Addizzjonali, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 3
Il-Liechtenstein u l-Komunità Ewropea għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE bid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Addizzjonali li jestendi l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura għal-Liechtenstein.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 328, 13.12.2007, p. 10.
(2) ĠU L 328, 13.12.2007, p. 18.
(3) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 40.
(4) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(5) ĠU L 94, 10.4.2003, p. 43.
(6) ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.
(7) ĠU L 300, 31.12.1972, p. 281.
(8) ĠU L 133, 26.5.2005, p. 33.
(*1) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.
ANNESS
L-Annessi I u II u l-Protokoll Nru 47 li hemm mal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif speċifikat hawn taħt:
|
1. |
It-test li ġej għandu jiżdied taħt l-intestatura Adattamenti Settorjali ta' l-Anness I: “Madankollu, dan l-Anness m'għandux japplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein.”; |
|
2. |
L-ewwel paragrafu tal-parti ta' introduzzjoni tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein.”; |
|
3. |
It-test li ġej għandu jiżdied fil-parti ta' introduzzjoni tal-Kapitolu XXVII ta' l-Anness II: “Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein.”; |
|
4. |
It-test li ġej għandu jiżdied fil-parti ta' introduzzjoni tal-Protokoll 47: “Madankollu, dan il-Protokoll m'għandux japplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein.” |