24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

211


DEĊIŻJONI NRU 1/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-ŻVIZZERA

tal-31 ta' Jannar 2007

li jibdel it-Tabelli III u IV b) tal-Protokoll Nru 2

(2007/85/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, minn hawn 'il-quddiem “il-Ftehim”, kif emendat mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta' Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu;

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, prezzijiet ta' referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt

(2)

L-prezzijiet propjri nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li l-miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet huma applikati għalihom

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet u l-ammonti ta' referenza elenkati fit-Tabelli III u IV b) tal-Protokoll Nru 2 jkunu aġġornati skond dan

(4)

S-suq proprju nbidel b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' l-aħħar sentejn, reviżjoni tar-rappreżentattività tal-prezzijiet huwa mbassar għal Mejju 2007

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tabella III u t-tabella taħt it-Tabella IV punt b) tal-Protokoll Nru 2 huma mibdula bit-tabelli fl-Anness I u l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2007.

Magħmul fi Brussell, 31 ta' Jannar 2007.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Matthias BRINKMANN


ANNESS I

“TABELLA III

Prezzijiet ta' referenza Żvizzeri u tal-KE

CHF għal kull 100 kg nett

Materja prima agrikola

Prezz ta' referenza domestiku Żvizzeru

Prezz ta' referenza domestiku tal-KE

Differenza fil-prezz ta' referenza ta' l-Iżvizzera/KE

Qamħ komuni

51,36

23,54

27,80

Qamħ durum

34,12

28,22

5,90

Segala

45,04

23,16

21,90

Xgħir

27,61

20,78

6,85

Qamħirrun

30,46

24,85

5,60

Dqiq tal-qamħ komuni

95,50

48,26

47,25

Trab tal-ħalib sħiħ

653,33

354,29

299,05

Trab tal-ħalib xkumat

457,33

304,39

152,95

Butir

905,00

406,98

498,00

Zokkor abjad

0,00

0,00

0,00

Bajd (1)

255,00

205,50

49,50

Patata Friska

42,00

21,00

21,00

Xaħam veġetali (2)

390,00

160,00

230,00


(1)  Ġejjin mill-prezzijiet għall-bajd ta' l-għasafar f'forma likwida, mhux fil-qoxra, immultiplikati b'fattur ta' 0,85.

(2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u ta' l-ikel) b'kontenut ta' 100 % xaħam.”


ANNESS II

“TABELLA IV

b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:


CHF għal kull 100 kg nett

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat mid-data tad-dħul fis-seħħ

Ammont bażiku applikat minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ

Qamħ komuni

25,00

24,00

Qamħ durum

5,00

5,00

Segala

20,00

19,00

Xgħir

6,00

5,00

Qamħirrun

5,00

5,00

Dqiq tal-qamħ komuni

43,00

40,00

Trab tal-ħalib sħiħ

269,00

254,00

Trab tal-ħalib xkumat

138,00

130,00

Butir

473,00

448,00

Zokkor abjad

0,00

0,00

Bajd

36,00

36,00

Patata Friska

19,00

18,00

Xaħam veġetali

207,00

196,00 ”