|
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 77/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/3/KE tat-2 ta' Frar 2007 li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I u II tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ismijiet ta' tessuti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/4/KE tat-2 ta' Frar 2007 li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessut (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XI ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 4a (Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 4b (Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2007/3/KE u 2007/4/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 13.
(*) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.