|
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 73/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta' Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 rigward mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 ta' l-1 ta' Awissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti għall-użu ta' metodi speċifiċi ta' kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/615/KE tat-13 ta' Settembru 2006 li tagħti approvazzjoni temporanja għas-sistemi ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini fir-Renju Unit skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta' Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 rigward il-livell minimu ta' kontrolli li għandhom isiru dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/759/KE tat-8 ta' Novembru 2006 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fi qtajja' ta' tjur tat-trobbija Gallus gallus (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 130 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/92/KE) fil-Parti 1.2:
|
|
2. |
Taħt l-intestatura “L-ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 22 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/80/KE) fil-parti 1.2:
|
|
3. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 27 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006) fil-Parti 7.2:
|
|
4. |
Taħt l-intestatura “L-ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 4c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/738/KE) fil-parti 7.2:
|
|
5. |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 25 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005) fil-Parti 7.2: “kif emendat b'li ġej:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1168/2006, 1177/2006 u 1505/2006 u tad-Deċiżjonijiet 2006/615/KE u 2006/759/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 266, 11.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 252, 15.9.2006, p. 28.
(5) ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3.
(6) ĠU L 311, 10.11.2006, p. 46.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.