|
22.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 304/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 66/2007
tal-15 ta’ Ġunju 2007
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2004 tat-8 ta’ Ġunju 2004 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tkun estiża sabiex tkun inkluża d-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk ikun emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 6 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 3: “3a. L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007, jieħdu sehem fil-programm li ġej:
|
|
(2) |
It-test tal-paragrafu 4 għandu jkun sostitwit mit-test li ġej: “L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 3a skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.” |
|
(3) |
It-test tal-paragrafu 5 għandu jkun sostitwit mit-test li ġej: “L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 3a, jipparteċipaw bis-sħiħ fil-kumitati tal-KE u korpi oħra li jassistu lill-Kummissjoni tal-KE fit-tmexxija jew l-iżvilupp ta’ dawk l-attivitajiet.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 52.
(2) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.