11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 50/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(3)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/891/KE ta' l-4 ta' Diċembru 2006 dwar l-użu minn emittenti ta' titoli ta' informazzjoni ta' pajjiżi terzi ppreparati skond standards ta' kontabilità aċċettati internazzjonalment għandu jkun inkorporat mal-Ftehim (2).

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 23ba (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE) ta' l-Anness IX mal-Ftehim:

“23c.

32006 D 0891: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/891/KE ta' l-4 ta' Diċembru 2006 dwar l-użu minn entitajiet ta' pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta' informazzjoni ta' pajjiżi terzi ppreparati skond standards ta' kontabilità aċċettati internazzjonalment (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 96).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/891/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 21.

(2)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 96.

(*)  L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali m'huma indikati.