11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 48/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2007 tat-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1849/2006 ta' l-14 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) 2032/2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma għal għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid tal-prodotti bijoċidali fis-suq (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 12s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32006 R 1849: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1849/2006 ta' l-14 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1849/2006 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 209, 9.8.2007, p. 28.

(2)   ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63.

(*1)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.