|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 31/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 32h (id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XVIII tal-Ftehim:
|
“32i. |
32005 L 0047: Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal- Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 195, 27.7.2005, p. 15).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2005/47/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*1)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubplikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 333, 30.11.2006, p. 53.
(2) ĠU L 195, 27.7.2005, p 15.
(*1) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.