9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-istat) tal-Ftehim dwar iż-ZEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis  (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001) ta' l-Anness XV tal-Ftehim:

“1ea.

32006 R 1998: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Dan it-test li ġej se jkun miżjud ma' l-Artikolu 1 (1): ‘Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal setturi li mhumiex koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.’;

(b)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE’;

(ċ)

Il-kliem ‘l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat tal-KE’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 fl-ilsien Iżlandiż u l-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 33.

(2)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.