9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 11/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 tas-16 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-introduzzjoni ta' limiti massimi ta' fdalijiet mill-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-ceftiofur u l-polyoxyethylene sorbitan monooleate u t-trioleate (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

“—

32006 R 1231: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 tas-16 ta' Awwissu 2006 (ĠU L 225, tas-17.8.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1231/2006 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-28 ta' April 2007, ladarba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 225, 17.8.2006, p. 3.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.