22007A1117(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar - Verbale concordato - Deklarācijas - Protokols

Official Journal L 300 , 17/11/2007 P. 0052 - 0070


20071026

Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

L-FEDERAZZJONI RUSSA,

min-naħa l-oħra,

li t-tnejn huma Partijiet għal dan il-Ftehim,

BILLI l-Ftehim ta’ Partenarjat u Kooperazzjoni (minn hawn ’il quddiem "il-PCA") li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra [1], daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Diċembru 1997;

BILLI l-Partijiet jixtiequ jippromwovu l-iżvilupp ordnat u ekwu ta’ kummerċ ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem "il-Komunità") u l-Federazzjoni Russa (minn hawn ’il quddiem "ir-Russja");

BILLI l-Artikolu 21 tal-PCA jipprevedi li l-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar, minn hawn ’il quddiem "il-KEFA", għandu jkun irregolat mit-Titolu III, minbarra l-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim.

BILLI dan il-Ftehim huwa l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 21 tal-PCA;

META wieħed jikkunsidra l-proċess ta’ adeżjoni tar-Russja ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-WTO) u l-appoġġ tal-Komunità għall-integrazzjoni tar-Russja fis-sistema internazzjonali tal-kummerċ;

BILLI għas-snin 1995-2006 il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar kien is-suġġett tal-ftehimiet; huwa xieraq li jiġi stabbilit ftehim ġdid li jqis l-iżviluppi fir-relazzjoni bejn il-Partijiet;

BILLI dan il-Ftehim għandu jkun akkumpanjat minn koperazzjoni bejn il-Partijiet fir-rigward ta’ l-industriji tagħhom ta’ l-azzar, inklużi skambji xierqa ta’ tagħrif, fi ħdan il-Grupp ta’ Kuntatt dwar il-faħam u l-azzar kif previst fil-Protokoll 1 għall-PCA,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Dan il-ftehim japplika għall-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar ta’ dik li qabel kienet il-KEFA.

2. Il-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar stipulat fl-Anness I jista’ jkun suġġett għal limiti kwantitattivi.

3. Il-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar li mhuwiex stipulat fl-Anness I m’għandux ikun suġġett għal limiti kwantitattivi.

4. Fil-każ ta’ prodotti ta’ l-azzar u ta’ materji li mhumiex koperti b’dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PCA għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1. Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu u jżommu għall-perjodu ta’ validità tal-Ftehim attwali għal kull sena kalendarja arranġamenti kwantitattivi li jiffissaw il-limiti stipulati fl-Anness II fuq l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness I. Dawn l-esportazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta’ kontroll doppju kif speċifikat fil-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.

2. Il-Partijiet jaqblu li l-importazzjonijiet fil-Komunità mir-Russja tal-prodotti inklużi fl-Anness I mill- 1 ta’ Jannar 2007 sad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu mil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.

3. L-importazzjonijiet ta’ kwantitajiet li jaqbżu dawk imsemmija fl-Anness II għandhom jiġu awtorizzati f’każ li l-industrija Komunitarja ta’ l-azzar ma tkunx tista’ tissodisfa d-domanda interna u tirriżulta f’nuqqas ta’ provvista għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Anness I. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru mill-ewwel fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet sabiex jiġi ddeterminat il-livell tan-nuqqas fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva. Wara l-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet, il-Komunità għandha tħaddem il-proċeduri interni tagħha sabiex iżżid il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.

4. Fil-każ fejn il-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea jissieħbu qabel it-tmiem ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jiftiehmu li jikkunsidraw iż-żieda ta’ limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II.

Artikolu 3

1. L-importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti stipulati fl-Anness I għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bbażata fuq il-produzzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tar-Russja, u għal prova ta’ l-oriġini skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.

2. L-importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness I ma għandhomx ikunu suġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness II sakemm jiġu ddikjarati li huma għal esportazzjoni mill-ġdid ’il barra mill-Komunità fl-istess stat jew wara li jkunu ġew ipproċessati, fi ħdan is-sistema amministrattiva ta’ kontroll li teżisti fi ħdan il-Komunità.

3. Għal dawk il-limiti kwantitattivi li ma jkunux intużaw matul l-ewwel sena kalendarja, it-trasferiment għal-limiti kwantitattivi korrispondenti għas-sena kalendarja ta’ wara huwa awtorizzat sa 7 % tal-limitu kwantitattiv rilevanti kif stipulat fl-Anness II għall-grupp ta’ prodotti konċernat għal dik is-sena li fiha ma jkunx intuża. Ir-Russja għandha tinnotifika lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara jekk ikollha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.

4. Sa 7 % tal-limitu kwantitattiv għal grupp speċifiku ta’ prodotti jista’ jiġi ttrasferit lejn wieħed jew aktar gruppi oħra fl-istess kategorija ta’ prodotti, jiġifieri fil-kategoriji SA jew SB. Barra minn hekk, it-trasferimenti bejn il-kategoriji SA u SB jistgħu jsiru sa 25000 tunnellata. Barra dan, sa massimu ta’ 25000 tunnellata oħra jistgħu jiġu ttrasferiti bejn SA u SB wara ftehim bejn il-Partijiet. Wara t-talba tar-Russja għat-trasferiment ta’ dawn il-25000 tunnellata addizzjonali, il-Komunità għandha tgħarraf lir-Russja bid-deċiżjoni tagħha f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, possibbilment fi żmien 60 jum mid-data tar-riċezzjoni tat-talba. Dawn it-trasferimenti jistgħu jsiru darba matul sena kalendarja. Kull tibdil fil-limiti kwantitattivi li jirriżulta minn trasferimenti għandu jaffettwa biss is-sena kalendarja li qiegħda tiżvolġi. Ir-Russja għandha tinnotifika l-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju jekk ikollha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-dispożizzjoni.

Artikolu 4

1. Bil-ħsieb li jrendu s-sistema ta’ kontroll doppju effettiva kemm jista’ jkun u sabiex inaqqsu kemm jistgħu l-possibbiltajiet ta’ abbuż u evażjoni:

- l-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jgħarrfu lir-Russja sat-28 ta’ kull xahar bl-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel;

- l-awtoritajiet Russi għandhom jgħarrfu lill-Komunità sat-28 ta’ kull xahar bil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel.

Fil-każ ta’ diskrepanza sinifikanti li tqis il-fatturi taż-żmien involuti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan it-tagħrif kull waħda miż-żewġ Partijiet tista’ titlob konsultazzjonijiet li għandhom isiru minnufih.

2. Bla ħsara għall-paragrafu 1 u bil-ħsieb li jiżguraw it-tħaddim effettiv ta’ dan il-Ftehim, il-Komunità u r-Russja jaqblu li jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jevitaw, jistħarrġu u jieħdu kull azzjoni legali u/jew amministrattiva meħtieġa kontra l-evażjoni, notevolment permezz tat-trasbord, rotta differenti, dikjarazzjoni falza li tikkonċerna l-pajjiż jew il-post ta’ oriġini, falsifikazzjoni ta’ dokumenti, dikjarazzjoni falza fir-rigward tal-kwantitajiet, id-deskrizzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-merkanzija. Għalhekk, il-Komunità u r-Russja jaqblu li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet legali u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa li jippermettu li tittieħed azzjoni effettiva kontra din l-evażjoni, li għandhom jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi li jorbtu legalment kontra l-esportaturi u/jew l-importaturi involuti.

3. F’każ li l-Komunità tkun tal-fehma li fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli dan il-Ftehim ikun qiegħed jinħarab, il-Komunità tista’ titlob konsultazzjonijiet mar-Russja li għandhom isiru minnufih.

4. Fl-istennija tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, ir-Russja għandha, bħala miżura ta’ prekawzjoni, u jekk jintalab hekk mill-Komunità, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura li, fejn ikun hemm prova suffiċjenti ta’ evażjoni, l-aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi li jista’ jintlaħaq qbil dwarhom wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitwettqu għas-sena kalendarja li fiha saret it-talba għall-konsultazzjonijiet taħt il-paragrafu 3, jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limitu għal dik is-sena kalendarja jiġi eżawrit.

5. Jekk il-Partijiet matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jilħqu soluzzjoni reċiproka sodisfaċenti, il-Komunità jkollha d-dritt:

(a) fejn ikun hemm prova suffiċjenti li l-prodotti koperti minn dan il-Ftehim li joriġinaw mir-Russja kienu importati b’evażjoni ta’ dan il-Ftehim, tattribwixxi l-kwantitajiet rilevanti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti skond il-Ftehim;

(b) fejn ikun hemm prova suffiċjenti li turi dikjarazzjoni falza li tikkonċerna kwantitajiet, deskrizzjoni jew klassifikazzjoni, li tirrifjuta l-importazzjoni tal-prodott konċernat.

6. Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw bis-sħiħ sabiex iwaqqfu u jindirizzaw b’mod effettiv il-problemi kollha li jinbtu mill-evażjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 5

1. Il-limiti kwantitattivi stabbiliti skond dan il-Ftehim fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness I ma għandhomx jinqasmu mill-Komunità f’ishma reġjonali.

2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex iżommu milli jseħħu bidliet f’daqqa u li jkunu ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ lejn il-Komunità. F’każ li sseħħ bidla f’daqqa u li tkun ta’ ħsara fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ (inkluża konċentrazzjoni reġjonali jew it-telfa ta’ klijenti tradizzjonali), il-Komunità se tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih.

3. Ir-Russja għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti stipulati fl-Anness I jinfirxu b’mod uniformi kemm jista’ jkun matul is-sena. F’każ li sseħħ żieda qawwija f’daqqa u li tkun ta’ ħsara, il-Komunità se tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih.

4. Minbarra l-obbligu li jinsab fil-paragrafu 3, fejn il-liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet Russi jilħqu d-90 % tal-limiti kwantitattivi għas-sena kalendarja konċernata, kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-limiti kwantitattivi għal dik is-sena. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih. Fl-istennija tar-riżultat ta’ dawn il-konsultazzjonijiet l-awtoritajiet Russi jistgħu jkomplu joħorġu l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti stipulati fl-Anness I sakemm ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 6

1. F’każ li kwalunkwe prodott stipulat fl-Anness I qiegħed jiġi importat fil-Komunità mir-Russja taħt dawn il-kundizzjonijiet b’tali mod li jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara sostanzjali lill-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili, il-Komunità għandha tipprovdi lir-Russja bit-tagħrif rilevanti kollu bil-ħsieb li tfittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet minnufih.

2. F’każ li l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jirnexxilhomx iwasslu għal ftehim fi żmien 30 jum mit-talba tal-Komunità għall-konsultazzjonijiet, il-Komunità tista’ tuża d-dritt li tieħu azzjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ salvagwardja skond id-dispożizzjonijiet tal-PCA.

3. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tal-PCA għandhom japplikaw.

Artikolu 7

1. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim huwa bbażat fuq in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika tal-Komunità, minn hawn ’il quddiem "in-nomenklatura magħquda", jew fil-forma mqassra "NM". Kull emenda lin-nomenklatura magħquda (NM) li saret skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità dwar il-prodotti stipulati fl-Anness I jew kull deċiżjoni marbuta mal-klassifikazzjoni tal-merkanzija ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi tal-prodotti stipulati fl-Anness II.

2. L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità. Kull emenda lil dawn ir-regoli ta’ oriġini għandha tiġi kkomunikata lir-Russja u ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri għall-kontroll ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq huma stipulati fil-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim.

Artikolu 8

1. Bla ħsara għall-iskambju perjodiku ta’ tagħrif dwar liċenzji ta’ l-esportazzjoni u awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni skond l-Artikolu 4 (1), il-Partijiet jaqblu li jsir skambju tat-tagħrif disponibbli dwar l-istatistika marbuta mal-kummerċ tal-prodotti stipulati fl-Anness I f’intervalli xierqa, li jqisu l-iqsar perjodi li fihom jitħejja t-tagħrif konċernat, li għandu jkopri l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3 u l-istatistika ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet fir-rigward tal-prodotti konċernati.

2. Kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet fil-każ ta’ xi diskrepanza sinifikanti fir-rigward tat-tagħrif skambjat.

Artikolu 9

1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-konsultazzjonijiet previsti fir-rigward ta’ ċirkustanzi speċifiċi fl-Artikoli preċedenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet dwar kull problema li tinbet mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq talba ta’ kull waħda mill-Partijiet. Kull konsultazzjoni għandha sseħħ fi spirtu ta’ koperazzjoni u b’xewqa li jkunu rrikonċiljati d-differenzi bejn il-Partijiet.

2. Fil-każ fejn il-Ftehim jipprovdi li l-konsultazzjonijiet għandhom isiru minnufih, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jużaw il-mezzi kollha raġjonevoli sabiex jiżguraw li dan jintlaħaq.

3. Kull konsultazzjoni oħra għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

- kull talba għall-konsultazzjonijiet għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-Parti l-oħra,

- fejn xieraq, it-talba għandha tkun segwita fi żmien perjodu raġjonevoli b’rapport li jistipula r-raġunijiet għall-konsultazzjonijiet,

- il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien xahar mid-data tat-talba,

- l-għan tal-konsultazzjonijiet huwa li jintlaħaq riżultat li jkun aċċettabbli għaż-żewġ naħat fi żmien xahar minn meta jinbdew, sakemm il-perjodu ma jkunx estiż permezz ta’ ftehim bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-iffirmar tiegħu. Għandu jibqa’ fis-seħħ sal- 31 ta’ Diċembru 2008 u jkun suġġett għal kull modifika miftiehma mill-Partijiet u sakemm ma jiġix iddenunzjat jew itterminat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 jew 4. Wara l- 31 ta’ Diċembru 2008 dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament sena b’sena sakemm l-ebda Parti ma tagħti lill-Parti l-oħra avviż bil-miktub tad-denunzja tal-Ftehim mill-inqas sitt xhur qabel ma jiskadi. ma’ kull tiġdid kull sena, il-kwantitajiet ta’ kull grupp ta’ prodotti għandhom jiżdiedu bi 2.5 %.

2. Kull waħda mill-Partijiet tista’ f’kull ħin tipproponi modifiki lil dan il-Ftehim, u dawn se jkunu jeħtieġu l-kunsens reċiproku tal-Partijiet u jidħlu fis-seħħ fid-data li jaqblu dwarha.

3. Kull waħda mill-partijiet tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim, sakemm tingħata notifika ta’ mill-inqas sitt xhur. F’dan il-każ, il-Ftehim għandu jintemm meta jiskadi l-perjodu tan-notifika u l-limiti stabbiliti b’dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sad-data li fiha sseħħ id-denunzja sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.

4. F’każ li r-Russja tingħaqad mad-WTO qabel jiskadi dan il-Ftehim, il-Ftehim għandu jiġi tterminat mid-data ta’ adeżjoni.

5. L-Annessi, il-minuti miftiehma, id-dikjarazzjonijiet u l-Protokoll A mehmuż ma’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Dan il-Ftehim għandu jiġi mfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Russa, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Изготвено в Мафра на двадесет и шести октомври, две хиляди и седма година.

Hecho en Mafra, el veintiseis de octubre de dos mil siete.

V Mafře dne dvacátého šestého října dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Mafra, den seksogtyvende oktober to tusind og syv.

Geschehen zu Mafra am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendsieben.

Sõlmitud Mafras kahekümne kuuendal oktoobril kahe tuhande seitsmendal aastal.

Έγινε στη Μάφρα, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Mafra on the twenty-sixth day of October in the year two thousand and seven.

Fait à Mafra, le vingt-six octobre deux mille sept.

Fatto a Mafra, addì ventisei ottobre duemilasette.

Mafrā, divi tūkstoši septītā gada divdesmit sestajā oktobrī.

Priimta Mafroje, du tūkstančiai septintųjų metų spalio dvidešimt šeštą dieną.

Kelt Mafrában, a kétezer-hetedik év október havának huszonhatodik napján.

Magħmul f'Mafra, fis- sitta u għoxrin jum ta' Ottubru fis-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Mafra, de zesentwintigste oktober tweeduizendzeven.

Sporządzono w Mafrze dnia dwudziestego szóstego października dwa tysiące siódmego roku.

Feito em Mafra, em vinte e seis de Outubro de dois mil e sete.

Întocmit la Mafra la douăzeci și șase octombrie două mii șapte.

V Mafre dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícsedem.

V Mafri, šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč sedem.

Tehty Mafrassa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Mafra den tjugosjätte oktober år tjugohundrasju.

Совершено в г. Мафра двадцать шестого октября 2007 г.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

За Европейскoe coобщнeстbo

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

За Руската Федерация

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de Russie

Per la Federazione russa

Krievijas Federācijas vārdā

Rusijos Federacijos vardu

Az Orosz Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Pentru Federația Rusă

Za Ruskú federáciu

Za Rusko federacijo

Venäjän federaation puolesta

På ryska federationen vägnar

За Pоссийскую Федерацико

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.

--------------------------------------------------

20071026

ANNESS I

SA Prodotti rrumblati ċatt (flat-rolled)

SA1. Koljaturi

7208100000

7208250000

7208260000

7208270000

7208360000

7208370010

7208370090

7208380010

7208380090

7208390010

7208390090

7211140010

7211190010

7219110000

7219121000

7219129000

7219131000

7219139000

7219141000

7219149000

7225303010

7225401510

7225502010

7225301000

7225309000

SA2. Pjonċi Tqal

7208400010

7208512010

7208512091

7208512093

7208512097

7208512098

7208519100

7208519810

7208519891

7208519899

7208529100

7208521000

7208529900

7208531000

7211130000

SA3. Prodotti oħra rrumblati ċatti

7208400090

7208539000

7208540000

7208908010

7209150000

7209161000

7209169000

7209171000

7209179000

7209181000

7209189100

7209189900

7209250000

7209261000

7209269000

7209271000

7209279000

7209281000

7209289000

7209908010

7210110010

7210122010

7210128010

7210200010

7210300010

7210410010

7210490010

7210500010

7210610010

7210690010

7210701010

7210708010

7210903010

7210904010

7210908091

7211140090

7211190090

7211233091

7211238091

7211290010

7211908010

7212101000

7212109011

7212200011

7212300011

7212402010

7212402091

7212408011

7212502011

7212503011

7212504011

7212506111

7212506911

7212509013

7212600011

7212600091

7219211000

7219219000

7219221000

7219229000

7219230000

7219240000

7219310000

7219321000

7219329000

7219331000

7219339000

7219341000

7219349000

7219351000

7219359000

7225401290

7225409000

SA4. Prodotti llegati

7226200010

7226912000

7226919100

7226919900

7226997010

SA5. Folji quarto llegati

7225401230

7225404000

7225406000

7225990010

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin

7225508000

7225910010

7225920010

7226920010

Prodotti twal SB

SB1. Travi

7207198010

7207208010

7216311000

7216319000

7216321100

7216321900

7216329100

7216329900

7216331000

7216339000

SB2. Vireg tal-wajer

7213100000

7213200000

7213911000

7213912000

7213914100

7213914900

7213917000

7213919000

7213991000

7213999000

7221001000

7221009000

7227100000

7227200000

7227901000

7227905000

7227909500

SB3. Oħrajn twal

7207191210

7207191291

7207191299

7207205200

7214200000

7214300000

7214911000

7214919000

7214991000

7214993100

7214993900

7214995000

7214997100

7214997900

7214999500

7215900010

7216100000

7216210000

7216220000

7216401000

7216409000

7216501000

7216509100

7216509900

7216990010

7218992000

7222111100

7222111900

7222118100

7222118900

7222191000

7222199000

7222309710

7222401000

7222409010

7224900289

7224903100

7224903800

7228102000

7228201010

7228201091

7228209110

7228209190

7228302000

7228304100

7228304900

7228306100

7228306900

7228307000

7228308900

7228602010

7228608010

7228701000

7228709010

7228800010

7228800090

7301100000

--------------------------------------------------

20071026

ANNESS II

LIMITI KWANTITATTIVI

Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti

(tunnellati) |

Prodotti | Is-Sena 2007 | Is-Sena 2008 |

SA. Prodotti ċatti

SA1. Koljaturi | 1042090 | 1035000 |

SA2. Pjanċi tqal | 270820 | 275000 |

SA3. Prodotti ċatti oħra | 565770 | 595000 |

SA4. Prodotti llegati | 94860 | 105000 |

SA5. Folji quarto llegati | 20460 | 25000 |

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin | 105000 | 110000 |

SB. Prodotti twal

SB1. Travi | 55800 | 55000 |

SB2. Vireg tal-wajer | 275000 | 324000 |

SB3. Prodotti oħra twal | 474200 | 507000 |

--------------------------------------------------