25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/62


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

u

R-RENJU RAN-NORVEĠJA

WARA LI QIESU l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta' Mejju 1973, ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u l-arranġamenti eżistenti għal kummerċ fil-ħut u fi prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Komunità,

WARA LI QIESU l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

WARA LI QIESU l-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

WARA LI QIESU r-reġim eżistenti għal kummerċ fil-ħut u fi prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u r-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

IDDEĊIDEW li jiddeterminaw bi qbil komuni l-aġġustamenti għall-Ftehim b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

U LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL,

Artikolu 1

It-test tal-Ftehim, l-Annessi u l-Protokolli, li jagħmlu parti integrali minnu, l-Att Finali u d-dikjarazzjonijiet mehmużin miegħu għandhom isiru bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena u dawk it-testi għandhom ikunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova t-test Bulgaru u t-test Rumen.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

Il-kwoti ta' tariffa msemmijin fl-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu implimentati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007, sat-30 ta' April 2009. Il-livelli ta' kwota għandhom ikunu riveduti sa l-aħħar ta' dak il-perjodu waqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha. Il-livelli ta' kwota għall-2007 m'għandhomx effettivament jitnaqqsu minħabba li t-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea ma seħħx fl-1 ta' Jannar 2007. Il-volumi tal-kwota ta' tariffa għall-2009 għandhom jitnaqqsu skond l-applikazzjoni tagħhom sat-30 ta' April 2009.

Ir-regoli ta' oriġini applikabbli għall-kwoti ta' tariffa għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tiftaħ il-kwoti ġodda addizzjonali annwali ta' tariffa mingħajr dazju li ġejjin:

Kavalli ta' l-ispeċje Scomber scombrus (pizzintun) jew Scomber japonicus, iffriżati

(Kodiċi NK 0303 74 30): 9 300 tunnellata metrika

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

(Kodiċi NK 0303 51 00): 1 800 tunnellata metrika

Fetet u faldi ta' aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

(Kodiċijiet NK 0304 29 75 u 0304 99 23): 600 tunnellata metrika

Ħut ieħor, iffriżat (Kodiċi NK 0303 79 98): 2 200 tunnellata metrika

Salmonidi oħra, iffriżati (Kodiċi NK 0303 29 00) 2 000 tunnellata metrika

Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati

(Kodiċijiet NK ex 1605 20 10, ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99): 2 000 tunnellata metrika

Artikolu 4

Il-Komunità għandha tneħħi l-kondizzjoni “għal manifattura industrijali”, u b'hekk il-ħtieġa ta' l-utent aħħari, fuq il-kwoti ta' tariffa li kienu nfetħu fl-2004 għal kavalli ffriżati (ordni Nri 09.0760, 09.0763 u 09.0778), aringi ffriżati (ordni Nru 09.0752) u faldi ffriżati ta' aringi (ordni Nru 09.0756). Bl-istess mod, il-ħtieġa għal konsum mill-bniedem tal-prodotti taħt l-istess kwoti ta' tariffa għandha titneħħa.

Il-kwota ta' tariffa mingħajr dazju eżistenti għal gambli u gambli kbar imqaxxrin u ffriżati bl-ordni Nru 09.0758 għandha tkun disponibbli għall-kodiċijiet NK ex 1605 20 10, ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008, sal-31 ta' Diċembru 2008, il-Komunità għandha tgħaqqad flimkien iż-żewġ kwoti ta' tariffa mingħajr dazju eżistenti għal gambli u gambli kbar imqaxxrin u ffriżati (ordnijiet Nru 09.0745 u Nru 09.0758) u l-kwota ta' tariffa ġdida addizzjonali mingħajr dazju ta' 2 000 tunnellata metrika li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 3, u għandha tagħmel il-kwota ta' tariffa magħquda disponibbli għall-Kodiċijiet NK ex 1605 20 10, ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99.

Mill-1 ta' Jannar 2009, iż-żewġ kwoti ta' tariffa eżistenti għal gambli u gambli kbar imqaxxrin u ffriżati ma' l-ordni Nru 09.0758 (2 500 tunnellata metrika) u ma' l-ordni Nru 09.0745 (5 500 tunnellata metrika) u l-kwota ta' tariffa ġdida addizzjonali mingħajr dazju ta' 2 000 tunnellata għandhom japplikaw bħala tliet kwoti ta' tariffa separati u jkunu disponibbli għall-kodiċijiet NK ex 1605 20 10, ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99.

Mill-15 ta' Ġunju 2008, il-Komunità għandha tgħaqqad flimkien is-sub-perjodi relattivi għat-tliet kwoti ta' tariffa eżistenti għall-kavalli (ordnijiet Nri 09.0760, 09.0763 u 09.0778) f'perjodu wieħed mill-15 ta' Ġunju sa l-14 ta' Frar.

Artikolu 5

Rappreżentanti mill-Komunità Ewropea u min-Norveġja għandhom jiltaqgħu qabel l-aħħar ta' l-2007 biex jesploraw il-possibbiltà li r-regoli ta' oriġini stabbiliti bil-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ikunu applikati wkoll għal prodotti koperti mill-iskambju ta' ittri dwar il-kummerċ fil-ħut tas-16 ta' April 1973.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ewropea u min-Norveġja skond il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni, bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

(iii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija, u

(iv)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll huwa magħmul doppju, bil-lingwa Bulgaru, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Norveġiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети юли две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de julio de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého pátého července dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende juli to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten Juli zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta juulikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουλίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of July in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juillet deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque luglio duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit piektajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų liepos dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év július havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juli tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego lipca roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Julho de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, douăzeci şi cinci iulie două mii şapte.

V Bruseli dňa dvadsiateho piateho júla dvetisícsedem.

V Bruslju, dne petindvajsetega julija leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte juli tjugohundrasju.

Gjört í Brussel hinn 25 júlí 2007.

Utferdiget i Brussel den tjuefemte juli totusenogsju.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

For Det europeiske Fellesskap

Image 1

Image 2

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

For Kongeriget Norge

Image 3


Informazzjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' Ftehim relatati

It-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta' l-erba' Ftehim relatati, iffirmati fi Brussell fil-25 ta' Lulju 2007, waqt li seħħew fil-25 ta' Lulju 2007, dawn il-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Awwissu

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' kwoti ta' tariffi ġodda u kwoti ta' tariffi modifikati applikabbli għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċertu ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Settembru 2007.