22007A0530(02)

Il-minuti miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja

Official Journal L 138 , 30/05/2007 P. 0013 - 0013


Il-minuti miftiehma

bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja

In-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjoni rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.

Fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem "KE") u r-Repubblika Federali tal-Brażil (minn hawn ‘il quddiem "il-Brażil") skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil laħqu Ftehim kif spjegat hawn taħt.

1. Ir-Rati Marbuta tad-Dazju: ir-rata marbuta tad-dazju għall-prodotti 02109020 (attwalment 02109939), 160231 u 16023219 għandha tkun ta’ EUR 1300/tunnellata, EUR 1024/tunnellata u EUR 1024/tunnellata rispettivament.

2. Kwoti tar-Rata Tariffarja: il-KE għandha tiftaħ il-KRT annwali li ġejjin:

a) għall-prodott 02109020 ("immellaħ") kwota ta’ 264245 tunnellata, li minnhom 92610 tunnellata se jkunu allokati għall-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 15,4 % ad valorem;

b) għall-prodott 16023219 ("dundjan") kwota ta’ 250953 tunnellata, li minnhom 160033 tunnellata se jkunu allokati għall-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8 % ad valorem;

3. Importazzjonijiet skond il-KRT (i)msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq bażi ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fit-Tajlandja.

4. Il-konċessjonijiet fil-ftehim attwali għandhom ikunu suġġetti għall-modalitajiet li eventwalment se jkun hemm ftehim dwarhom fid-DDA tad-WTO.

5. Il-volumi tal-kwoti allokati fost il-pajjiżi b’interess ewlieni fil-provvista u b’interess sostanzjali għandhom isegwu l-prinċipji ġenerali ta’ l-Artikolu XIII tal-GATT. Il-konċessjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ tali prinċipji m’għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk innegozjati skond il-ftehim attwali.

6. Iż-żewġ partijiet jikkommettu ruħhom li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kemm jista’ jkun skond il-proċeduri interni tagħhom.

7. Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet għall-ftehim attwali, għandhom isiru konsultazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-ftehim attwali.

Magħmul fi Brussell fid- disgħu u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sebgħa.

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

Għar-Renju tat-Tajlandja

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------