Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri Tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea
Official Journal L 119 , 09/05/2007 P. 0032 - 0036
Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri Tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri", rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Komunitajiet" rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, minn naħa waħda, u IL-FEDERAZZJONI RUSSA min-naħa l-oħra, minn hawn 'il-quddiem imsejħa "l-Partijiet" għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fl- 1 ta' Jannar 2007, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni ma' l-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-koperazzjoni bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea, FILWAQT LI JIEĦDU KONT tax-xewqa tal-Partijiet li jassiguraw il-ksib u l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Korfù fl- 24 ta' Ġunju 1994 u li daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Diċembru 1997, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), u għandhom jadottaw u jqisu, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal- 21 ta' Mejju 1997, li daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Diċembru 2000, u l-Protokoll għall-Ftehim tas- 27 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Marzu 2005. Artikolu 2 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim. Artikolu 3 1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mill-Federazzjoni Russa skond il-proċeduri tagħhom stess. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni. 2. Sa meta tasal id-data li fiha jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament b'effett mid-data ta' l-iffirmar tiegħu. Artikolu 5 1. It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim tal- 21 ta' Mejju 1997 u tas- 27 ta' April 2004 huma mfassla bil-Bulgaru u bir-Rumen. 2. Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi bħat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li bihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim tal- 21 ta' Mejju 1997 u tas- 27 ta' April 2004. Artikolu 6 Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Russa, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku. Съставено в Люксембург на двадесет и трети април две хиляди и седма година Hecho en Luxemburgo, el veintitrés de abril de dos mil siete. V Lucemburku dne dvacátého třetího dubna dva tisíce sedm. Udfærdiget i Luxembourg den treogtyvende april to tusind og syv. Geschehen zu Luxemburg am dreiundzwanzigsten April zweitausendsieben. Kahe tuhande seitsmenda aasta aprillikuu kahekümne kolmandal päeval Luxembourgis. Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι τρεις Απριλίου δύο χιλιάδες επτά. Done at Luxembourg on the twenty-third day of April in the year two thousand and seven. Fait à Luxembourg, le vingt-trois avril deux mille sept. Fatto a Lussemburgo, addì ventitré aprile duemilasette. Luksemburgā, divi tūkstoši septītā gada divdesmit trešajā aprīlī. Priimta du tūkstančiai septintųjų metų balandžio dvidešimt trečią dieną Liuksemburge. Kelt Luxembourgban, a kettőezer hetedik év április havának huszonharmadik napján. Magħmul fil-Lussemburgu, fit- tlieta u għoxrin jum ta' April tas-sena elfejn u sebgħa Gedaan te Luxemburg, de drieëntwintigste april tweeduizend zeven. Sporządzono w Luksemburgu dnia dwudziestego trzeciego kwietnia roku dwa tysiące siódmego. Feito no Luxemburgo, em vinte e três de Abril de dois mil e sete. Încheiat la Luxemburg la douăzeci și trei aprilie, anul două mii șapte. V Luxemburgu dňa dvadsiateho tretieho apríla dvetisíssedem. V Luxembourgu, triindvajsetega aprila leta dva tisoč sedem. Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän. Som skedde i Luxemburg den tjugotredje april tjugohundrasju. Совершено в Люксембурге двадцать третьего апреля две тысячи седьмого года. За държавите-членки Por los Estados miembros Za členské státy For medlemsstaterne Für die Mitgliedstaaten Liikmesriikide nimel Για τα κράτη μέλη For the Member States Pour les États membres Per gli Stati membri Dalībvalstu vārdā Valstybių narių vardu A tagállamok részéről Għall-Istati Membri Voor de lidstaten W imieniu państw członkowskich Pelos Estados-Membros Pentru statele membre Za členské štáty Za države članice Jäsenvaltioiden puolesta På medlemsstaternas vägnar За государства-члены +++++ TIFF +++++ За Европейската общност Por las Comunidades Europeas Za Evropská společenství For De Europæiske Fællesskaber Für die Europäischen Gemeinschaften Euroopa ühenduste nimel Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες For the European Communities Pour les Communautés européennes Per le Comunità europee Eiropas Kopienu vārdā Europos Bendrijų vardu Az Európai Közösségek részéről Għall-Komunitajiet Ewropej Voor de Europese Gemeenschappen W imieniu Wspólnot Europejskich Pelas Communidades Europeias Pentru Comunitatea Europeană Za Európske spoločenstvá Za Evropske skupnosti Euroopan yhteisöjen puolesta På europeiska gemenskapernas vägnar За Европейские сообщества +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ За Руската Федерация Por la Federación de Rusia Za Ruskou federaci For Den Russiske Føderation Für die Russische Föderation Venemaa Föderatsiooni nimel Για τη Ρωσική Ομοσπονδία For the Russian Federation Pour la Fédération de russie Per la Federazione russa Krievijas Federācijas vārdā Rusijos Federacijos vardu Az Orosz Föderáció részéről Għall-Federazzjoni Russa Voor de Russische Federatie W imieniu Federacji Rosyjskiej Pela Federação da Rússia Pentru Federația Rusă Za Ruskú federáciu Za Rusko federacijo Venäjän federaation puolesta För Ryska Federationen За Российскую Федерацию +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------