|
6.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
29 |
Notifika dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Armenja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ma' l-Armenja, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea ta' 10 Stati Membri ġodda, li l-Kunsill u l-Kummissjoni ddeċidew li jikkonkludu fil-21 ta' Frar 2005 (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu, bl-aħħar notifiki tat-tmiem tal-proċeduri taħt l-Artikolu 5.2 tal-Protokoll ikunu riċevuti fil-21 ta' Frar 2005.