|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
596 |
DEĊIŻJONI NRU 4/2006 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT TA' L-AJRU TAL-KOMUNITA' L-IŻVIZZERA
tas-27 ta' Ottubru 2006
li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru.
(2006/786/KE)
IL-KUMITAT TAT-TRASPORT TA' L-AJRU TAL-KOMUNITA' L-IŻVIZZERA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara r-referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003:
“Nru 1702/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom”
It-test tar-Regolament għandu, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqara bl-adattazzjoni li ġejja
L-Artikolu 2 għandu jkun emendat kif ġej:
Fil-paragrafi 3, 4, 6, 8, 10, 11, 13, u 14, id-data “it-28 ta' Settembru 2003 ” se tiġi sostitwita bil-kliem “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-Komunità/ta' l-Iżvizzera li tinkorpora r-Regolament 1592/2002 fl-Anness għall-Ftehim”.
2. Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1 (1) għal din id-Deċiżjoni:
“No 2042/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol”
3. Dan li ġej se jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1 (2) għal din id-Deċiżjoni:
“Nru 381/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom”
4. Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1 (3) għal din id-Deċiżjoni:
“Nru 488/2005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2005 tal-21 ta' Marzu 2005 dwar miżati u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea”
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fil-Kompendju Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. Għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 27 ta' Ottubru 2006
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni Komunitarja
Daniel CALLEJA CRESPO
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Raymond CRON