5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

408


DEĊIŻJONI Nru 1/2006 TAL-KUMITAT TAL-KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tat-18 ta' Ottubru 2006

li temenda l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

(2006/727/KE)

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU TAL-KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn “il quddiem 'il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (It-tielet pakkett ta' l-avjazzjoni ta' liberalizzazzjoni u regoli oħra ta' l-avjazzjoni ċivili) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara r-referenza għar-Regolament tal-Kunsill Nru 2027/97:

“Nru 889/2002

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 889/2002 tat-13 ta' Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti

(Artikolu 1-2)”.

2.   Li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (It-tielet pakkett ta' l-avjazzjoni ta' liberalizzazzjoni u regoli oħra ta' l-avjazzjoni ċivili) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara r-referenza għar-Regolament tal-Kunsill Nru 95/93:

“Nru 793/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 793/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 dwar regoli komuni għall-allokazzjoni ta' perjodi ta' użu fl-iskeda ta' l-ajruporti tal-Komunità

(Artikolu 1-2)”.

Artikolu 2

Li ġej għandu jiżdied mal-punt 5 (Sikurezza ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim:

“Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/42/KE tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili

(Artikolu 1-12)”.

Artikolu 3

1.   Li ġej għandu jiżdied mal-punt 5 (Sikurezza ta' l-Avjazzjoni) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara r-referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2004 kif imdaħħla mill-Artikolu 1 paragrafu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat tal-Komunità/l-Iżvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tat-12 ta' Lulju 2005 (1):

“Nru 781/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2005 ta' l-24 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Artikolu 1-2)”.

2.   Li ġej għandu jiżdied mal-punt 5 (Sikurezza ta' l-Avjazzjoni) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni:

“Nru 857/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 857/2005 tas-6 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

(Artikolu 1-2)”.

Artikolu 4

1.   Li ġej għandu jiżdied mal-punt 6 (Oħrajn) ta' l-Anness għall-Ftehim:

“Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(Artikolu 1-18)”.

2.   Li ġej għandu jiżdied mal-punt 6 (Oħrajn) ta' l-Anness għall-Ftehim:

“Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96 tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku

(Artikolu 14 paragrafu 1(b) u paragrafu 2)”.

3.   F'punt 6 (Oħrajn) ta' l-Anness għall-ftehim, ir-referenza għar-Regolament tal-Kunsill Nru 295(91), revokata mir-Regolament Nru 261/2004, għandha titħassar.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fil-Kompendju Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. Tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunità

Daniel CALLEJA CRESPO

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Raymond CRON


(1)  ĠU L 210, 12.8.2005, p. 46.