5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
188 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT TA' L-UE-ŻVIZZERA
tas-6 ta' Lulju 2006
li jemenda l-Anness II (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni
(2006/652/KE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera tal-15 ta' Lulju 2003 li jemenda l-Anness II (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1), jirreferi b'mod partikolari għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (2) u (KEE) Nru 574/72 (3), kif aġġornati bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (4) kif ukoll għar-Regolamenti li jemendaw li ġew wara, inkluż ir-Regolament (KE) 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 410/2002 (6). |
(3) |
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 ġew emendati darbtejn mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2/2003 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera. B'konsegwenza ta' dan, sar meħtieġ li jiġu inkorporati l-atti li jemendaw relevanti, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2003 (7) u r-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fil-Ftehim u iktar speċifikament fl-Anness II tiegħu. |
(4) |
L-għażla li tintalab eżenzjoni mill-assigurazzjoni obbligatorja Żvizzera tal-mard għandha tkun offruta lil pensjonati li jirċievu pensjoni Żvizzera u li joqogħdu l-Portugall peress li huma se jkunu koperti mill-assigurazzjoni Portugiża tal-mard. |
(5) |
Persuni li joqogħdu Franza u li huma assigurjati taħt skema ta' assigurazzjoni Żvizzera ta' mard minkejja l-possibiltà li jitolbu eżenzjoni għandhom ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa fi Franza u l-Iżvizzera. |
(6) |
Jeħtieġ li jiġi indikat li l-Iżvizzera m'għandhiex skema li tipprovdi biss għall-allokazzjonijiet għall-familja jew allokazzjonijiet supplementari jew speċjali għall-orfni. |
(7) |
L-Anness II jeħtieġ li jiġi emendat biex jelenka l-istituzzjoni u l-korp ta' komunikazzjoni kompetenti Ġermaniża rigward l-assigurazzjoni tal-pensjoni fir-rigward ta' l-Iżvizzera. |
(8) |
In-natura teknika u kumplikata tal-kordinazzjoni ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali titlob kordinazzjoni effettiva u koerenti permezz ta' l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet komuni u omoġenji fi ħdan it-territorju tal-partijiet Kontraenti. |
(9) |
Huwa fl-interess tal-persuni koperti b'dan il-Ftehim li jsolvu, jew ta' l-inqas jillimitaw fiż-żmien, kull effetti negattivi li jinqalgħu mill-applikazzjoni ta' regoli differenti ta' kordinazzjoni mill-Partijiet Kontraenti. |
(10) |
L-emendi għall-Anness II li jdaħħlu r-referenza għar-Regolament (KE) Nru 631/2004 u li jirreferu għall-possibiltà li pensjonanti li joqogħdu l-Portugall jiġu eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja Żvizzera għandu jkollhom effett mill-1 ta' Ġunju 2004, u l-emendi dwar il-possibiltà ta' persuni li joqogħdu fi Franza li jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa fl-Iżvizzera, għandu jkollhom effett fl-1 ta' Jannar 2004, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness II tal-Ftehim għandu jkun emendat kif previst fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt.
Madankollu:
— |
id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni li jdaħħlu referenza għar-Regolament (KE) Nru 631/2004, kif ukoll dawk dwar il-punt 3 (b) ta' l-Anness II tal-Ftehim, li jestendu l-possibilità ta' eżenzjoni mill-assigurazzjoni obbligatorja Żvizzera għall-pensjonanti li joqogħdu l-Portugall, għandu jkollhom effett fl-1 ta' Ġunju 2004. |
— |
id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni dwar il-punt 4 ta' l-Anness II tal-Ftehim li joffru aċċess għall-kura tas-saħħa fl-Iżvizzera lill-persuni li huma koperti bl-iskema Żvizzera ta' assigurazzjoni ta' mard u li joqogħdu Franza għandu jkollhom effett fl-1 ta' Jannar 2004. |
Magħmul fi Brussel, nhar is-6 ta' Lulju 2006.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Dieter GROSSEN
(1) ĠU L 187, 26.7.2003, p. 55.
(5) ĠU L 187, 10.7.2001, p. 1.
(7) ĠU L 271, 22.10.2003, p. 3.
ANNESS
L-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:
(1) |
Dan li ġej jiżdied taħt it-Titolu “Sezzjoni A: Atti li ssir referenza għalihom” taħt il-punt 1 tar-“Regolament (KEE) Nru 1048/71” bħala l-aħħar daħla: “304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali lil persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fir-rigward ta' l-allinjament tad-drittijiet u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 1).” |
(2) |
Taħt it-titolu “Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament għandu jkun emendat kif ġej:” punt 1 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness II tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Ir-referenzi li ġej jiddaħħlu taħt it-Titolu “Sezzjoni A: Atti riferiti għal” taħt punt 2 tar-“Regolament (KEE) Nru 574/72”:
|
(4) |
Taħt it-titolu “Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament għandu jkun emendat kif ġej:”, punt 2 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness II tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Sezzjoni B ta' l-Anness II hija emendata kif ġej:
|
(6) |
Fis-Sezzjoni C: “Atti li tagħhom l-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota” wara Nru 6.4 in-numru ġdid li ġej hu miżjud: “6.5 : Rakkomandazzjoni Nru 23 tad-29 ta' Ottubru 2003 dwar l-ipproċessar tat-talbiet tal-pensjoni (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 125).” |