31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

941


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 138/2006

tas-27 ta’ Ottubru 2006

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi ’l barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2006 ta’ l-10 ta’ Marzu 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi d-Deċiżjoni Nru 771/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007) — lejn soċjetà ġusta (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li sseħħ din il-kooperazzjoni estiża b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw fil-programmi u fl-azzjonijiet tal-Komunità msemmija fl-ewwel żewġ daħliet tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar 1996, fil-programm imsemmi fit-tielet daħla mill-1 ta’ Jannar 2000, fil-programm imsemmi fir-raba' daħla mill-1 ta’ Jannar 2001, fil-programmi msemmija fil-ħames u fis-sitt daħliet mill-1 ta’ Jannar 2002 u fil-programmi msemmija fis-seba’ u fit-tmien daħliet mill-1 ta’ Jannar 2004 u fil-programm imsemmi fid-disa’ daħla mill-1 ta’ Jannar 2007.”;

2)

fil-paragrafu 8 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32006 D 0771: Deċiżjoni Nru 771/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007) — lejn soċjetà ġusta (ĠU L 146, 31.5.2006, p. 1).”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 147, 1.6.2006, p. 61.

(2)  ĠU L 146, 31.5.2006, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.