22006A1229(01)

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

Official Journal L 384 , 29/12/2006 P. 0100 - 0103
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0545 - 0548


20061220

Ftehim

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

A. Ittra mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Sinjur,

1. Għandi l-unur li nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti inizjalat fl- 1 ta' April 1993, hekk kif emendat u estiz l-aħħar mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fil- 11 ta' Novembru 2005 (minn hawn 'il quddiem il-"Ftehim").

2. Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil- 31 ta' Diċembru 2006 u skond l-Artikolu 19 (1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jiftiehmu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena, suġġett għall-emendi u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1. It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jgħid hekk kif ġej:

"Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal- 31 ta' Diċembru 2007."

2.2. L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Komunità Ewropea huwa mibdul bl-Appendiċi 1 ta' din l-ittra.

2.3. L-Anness għall-Protokol C li jistipula r-ristrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Kommunità Ewropea wara l-operazzjonijiet OPT fir-Repubblika tal-Belarus huwa mibdul għall-perjodu ta' l- 1 ta' Jannar 2007 sal- 31 ta' Diċembru 2007 bl-Appendiċi 2 ta' din l-ittra.

2.4. L-importazzjonijiet fil-Belarus ta' prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2007 għal dazji doganali li ma jeċċedux dawk previsti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus inizjalat fil- 11 ta' Novembru 1999.

Fil-każ li ma jiġux applikati dawn ir-rati, il-Komunità jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-Ftehim li jifdal qabel l-iskadenza tiegħu, fuq bażi pro rata, il-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2006 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fil- 11 ta' Novembru 2005.

3. Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, il-ftehim u r-regoli tad-WTO għandhom japplikaw mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mad-WTO.

4. Inkun obbligat jekk ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek tat-test hawn fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-jum li fih il-Partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan. Sa dak il-waqt, għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mill- 1 ta' Jannar 2007 bil-kondizzjoni ta' reċiproċità.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill ta'l-Unjoni Ewropea

20061220

Appendiċi 1

"

20061220

"ANNESS II

E biċċa: Elf biċċa"

Il-Belarus | Katego-rija | Unità | Kwota mill- 1 ta' Jannar 2007 |

Grupp IA | 1 | tunnellata | 1585 |

2 | tunnellata | 6600 |

3 | tunnellata | 242 |

Grupp IB | 4 | E biċċa | 1839 |

5 | E biċċa | 1105 |

6 | E biċċa | 1705 |

7 | E biċċa | 1377 |

8 | E biċċa | 1160 |

Grupp IIA | 9 | tunnellata | 363 |

20 | tunnellata | 329 |

22 | tunnellata | 524 |

23 | tunnellata | 255 |

39 | tunnellata | 241 |

Grupp IIB | 12 | Elf par | 5959 |

13 | E biċċa | 2651 |

15 | E biċċa | 1726 |

16 | E biċċa | 186 |

21 | E biċċa | 930 |

24 | E biċċa | 844 |

26/27 | E biċċa | 1117 |

29 | E biċċa | 468 |

73 | E biċċa | 329 |

83 | tunnellata | 184 |

Grupp IIIA | 33 | tunnellata | 387 |

36 | tunnellata | 1309 |

37 | tunnellata | 463 |

50 | tunnellata | 207 |

Grupp IIIB | 67 | tunnellata | 356 |

74 | E biċċa | 377 |

90 | tunnellata | 208 |

Grupp IV | 115 | tunnellata | 114 |

117 | tunnellata | 2310 |

118 | tunnellata | 471 |

"

20061220

Appendiċi 2

"

20061220

"ANNESS MAL-PROTOKOL C

Kategorija | Unità | Mill- 1 ta' Jannar 2007 'il quddiem |

4 | 1000 biċċa | 5399 |

5 | 1000 biċċa | 7526 |

6 | 1000 biċċa | 10037 |

7 | 1000 biċċa | 7534 |

8 | 1000 biċċa | 2565 |

12 | 1000 biċċa | 5072 |

13 | 1000 biċċa | 795 |

15 | 1000 biċċa | 4400 |

16 | 1000 biċċa | 896 |

21 | 1000 biċċa | 2927 |

24 | 1000 biċċa | 754 |

26/27 | 1000 biċċa | 3668 |

29 | 1000 biċċa | 1487 |

73 | 1000 biċċa | 5700 |

83 | Tunnellata | 757 |

74 | 1000 biċċa | 994" |

"

B. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus

Sinjur,

Għandi l-unur li ngħarraf li rċevejt l-ittra tiegħek ta' … li tgħid hekk:

"Sinjur,

1. Għandi l-unur li nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti inizjalat fl- 1 ta' April 1993, hekk kif emendat u estiz l-aħħar mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fil- 11 ta' Novembru 2005 (minn hawn 'il quddiem il-"Ftehim").

2. Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil- 31 ta' Diċembru 2006 u skond l-Artikolu 19 (1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jiftiehmu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena, suġġett għall-emendi u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1. It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jgħid hekk kif ġej:

"Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal- 31 ta' Diċembru 2007."

2.2. L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Komunità Ewropea huwa mibdul bl-Appendiċi 1 ta' din l-ittra.

2.3. L-Anness għall-Protokol C li jistipula r-ristrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lill-Kommunità Ewropea wara l-operazzjonijiet OPT fir-Repubblika tal-Belarus huwa mibdul għall-perjodu ta' l- 1 ta' Jannar 2007 sal- 31 ta' Diċembru 2007 bl-Appendiċi 2 ta' din l-ittra.

2.4. L-importazzjonijiet fil-Belarus ta' prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2007 għal dazji doganali li ma jeċċedux dawk previsti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus inizjalat fil- 11 ta' Novembru 1999.

Fil-każ li ma jiġux applikati dawn ir-rati, il-Komunità jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-Ftehim li jifdal qabel l-iskadenza tiegħu, fuq bażi pro rata, il-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2006 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fil- 11 ta' Novembru 2005.

3. Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, il-ftehim u r-regoli tad-WTO għandhom japplikaw mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mad-WTO.

4. Inkun obbligat jekk ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek tat-test hawn fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-jum li fih il-Partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan. Sa dak il-waqt, għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mill- 1 ta' Jannar 2007 bil-kondizzjoni ta' reċiproċità.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi."

Għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus

--------------------------------------------------