|
21.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
30 |
Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Albanija, minn naħa l-oħra, dwar Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Albanija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Albanija fil-programmi Komunitarji.
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Albanija, minn naħa l-oħra, dwar Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Albanija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Albanija fil-programmi Komunitarji (1)ffirmat fi Brussel fit-22 ta' Novembru 2004, daħal fis-seħħ fil-11 ta' Lulju 2005, skond l-Artikolu 10 tal-Ftehim.