|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
745 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2005 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT IMWAQQAF MILL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FFI PRODOTTI AGRIKOLI
tal-21 ta' Diċembru 2005
rigward it-tibdil fl-Appendiċi 6 ta' l-Anness 11 tal-Ftehim
(2005/962/KE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra ll-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn 'il quddiem: “il-ftehim agrikolu”), u b'mod partikolari l-Anness 11, Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 ta' l-Anness 11 tal-ftehim agrikolu inbidlu għall-ewwel darba mid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat veterinarju konġunt imwaqqaf mill-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta' Novembru 2003 rigward it-tibdil ta' l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 ta' l-Anness 11 tal-ftehim (1). |
|
(3) |
L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 ta' l-Anness 11 tal-ftehim agrikolu inbidlu l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 2/2004 tal-Kumitat veterinarju konġunt imwaqqaf mill-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta' Novembru 2003 rigward it-tibdil ta' l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 ta' l-Anness 11 tal-ftehim (2). |
|
(4) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera impenjat ruħha li ddaħħal fil-liġi nazzjonali tagħha d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 (3), 853/2004 (4), 854/2004 (5) u 882/2004 (6). |
|
(5) |
Il-miżuri tas-saħħa previsti mil-leġiżlazzjoni Żvizzera huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-finijiet kummerċjali għall-ħalib ta' l-ispeċi bovina u l-prodotti derivati minnu għall-konsum mill-bniedem. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Appendiċi 6 ta' l-Aness 11 tal-ftehim agrikolu, kif ukoll l-effetti tagħhom fuq il-kontrolli, sejrin jiġu eżaminati mill-ġdid fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, bil-għan li tiġi eżaminata l-ekwivalenza għall-prodotti kollha mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għajr il-ħalib ta' l-ispeċi bovina u l-prodotti derivati minnu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' l-Appendiċi 6 ta' l-Anness imsemmi. |
|
(7) |
Jeħtieġ li t-test ta' l-Appendiċi 6 ta' l-Anness 11 tal-ftehim imsemmi jinbidel fid-dawl tat-tibdiliet li seħħew fil-liġijiet Komunitarji u Żvizzeri fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-ewwel tabella (Prodotti: Ħalib ta' l-ispeċi bovina u prodotti derivati minnu maħsub/a għall-konsum mill-bniedem) tal-Kapitolu 1 ta' l-Appendiċi 6 ta' l-Anness 11 tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli għandu jinbidel mit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-ekwivalenza tal-miżuri tas-saħħa previsti mil-liġi Żvizzera għall-prodotti kollha mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem għajr il-ħalib ta' l-ispeċi bovina u l-prodotti derivati minnu għandha tiġi eżaminata fi ħdan il-Kumitat veterinarju konġunt bil-għan li tiġi rikonoxxuta għall-finijiet kummerċjali sa mhux aktar tard minn sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew minn persuni oħra awtorizzati biex jaġixxu f'isem il-partijiet.
Artikolu 4
Din id-deliżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006.
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.
Għall-Kumitat veterinarju konġunt
Il-Kap tad-delegazzjonital-Konfederazzjoni Żvizzera
Hans WYSS
Il-Kap tad-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea
Jaana HUSU-KALLIO
(1) ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġita ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
(5) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.
(6) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.
ANNESS
“Prodotti: Prodotti mill-annimali maħsuba għal konsum mill-bniedem
|
|
Esportazzjonijiet mill-Komunità Ewropea lejn l-Iżvizzera u Esportazzjonijiet mill-Iżvizzera lejn il-Komunità Ewropea |
|||||
|
Kundizzjonijiet kummerċjali |
Ekwivelnza |
Kundizzjonijiet speċjali |
||||
|
Normi KE |
Normi Żvizzeri |
|||||
|
|
Regolamenti (KE) Nru 852/2004 Nru 853/2004 Nru 854/2004 Nru 882/2004 |
Loi fédérale du 9 octobre 1992 sur les denrées alimentaires et les objets usuels (Loi sur les denrées alimentaires), emendata l-aħħar fit-18 ta' Ġunju 2004 (RS 817.0) Ordonnance du 27 mai 1981 sur la protection des animaux (OPAn), emendata l-aħħar fis-27 ta' Ġunju 2001 (RS 455.1) Ordonnance du 1er mars 1995 sur la formation des organes chargés du contrôle de l'hygiène des viandes (OFHV) (RS 817.191.54) Ordonnance du 27 juin 1995 sur les épizooties (OFE), emendata l-aħħar fit-18 ta' Awissu 2004 (RS 916.401) Ordonnance du 23 novembre 2005 sur la production primaire (RS 916.020) Ordonnance du 23 novembre 2005 concernant l’abattage d’animaux et le contrôle des viandes (OAbCV) (RS 817.190) Ordonnance du 23 novembre 2005 sur les denrées alimentaires et les objets usuels (ODAlOUs) (RS 817.02) Ordonnance du 23 novembre 2005 du DFI sur l’exécution de la législation sur les denrées alimentaires (RS 817.025.21) Ordonnance du 23 novembre 2005 du DFE concernant l’hygiène dans la production primaire (RS 916.020.1) Ordonnance du 23 novembre 2005 du DFI sur l’hygiène (RS 817.024.1) Ordonnance du 23 novembre 2005 du DFE concernant l'hygiène lors de l'abattage d’animaux (OHyAb) (RS 817.190.1) Ordonnance du 23 novembre 2005 du DFI sur les denrées alimentaires d’origine animale (RS 817.022.108) |
Iva b'kundizzjo-nijiet speċjali |
Fil-kuntest ta' din l-Appendiċi, fid-dawl ta' l-iżvilupp li seħħ fil-liġi Komunitarja f'dan il-qasam (testi ta' applikazzjoni) u fil-liġi Komunitarja rigward il-kontroll ta' l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-awtoritajiet Żvizzeri jimpenjaw irwieħhom li jibdlu l-liġijiet tagħhom bil-għan li jadottaw liġijiet ekwivalenti għal finijiet kummerċjali. L-awtoritajiet Żvizzeri fasslu u kkonsultaw dwar abbozzi ta' regolamenti f'dan is-sens. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Appendiċi jerġgħu jiġu eżaminati sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan it-tibdil, bil-għan li iġi eżaminata l-ekwivalenza għall-prodotti kollha mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għajr il-ħalib ta' l-ispeċi bovina u l-prodotti derivati minnu, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan l-Anness. Sakemm ma jkunx għadu sar it-tibdil li jikkorrispondi ma' dan l-Appendiċi, il-prodotti kollha mill-annimali għajr il-ħalib ta' l-ispeċi bovina u l-prodotti derivati minnu u l-prodotti derivati minn prodotti mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jibqgħu jaqgħu taħt il-Kaptiolu II ta' din l-Appendiċi. |
||
|
Ħalib ta' l-ispeċi bovina u prodotti derivati minnu |
||||||
|
Is-saħħa ta' l-annimali
|
Id-Direttiva 64/432/KEE |
Ordonnance du 27 juin 1995 sur les épizooties (OFE), emendata l-aħħar fit-23 ta' Ġunju 2004 (RS 916.401), u b'mod partikolari l-Artikoli tagħha 47, 61, 65, 101, 155, 163, 169, 173, 177, 224 u 295. |
Iva |
|
||
|
Is-saħħa pubblika
|
Regolamenti (KE) Nru 852/2004 Nru 853/2004 Nru 854/2004 Nru 882/2004 |
Ordonnance du 23 novembre 2005 sur les denrées alimentaires et les objets usuels (ODAlOUs) (RS 817.02) Ordonnance du 23 novembre 2005 concernant l'assurance et le contrôle de la qualité dans l'économie laitière (Ordonnance sur la qualité du lait, OQL) (RS 916.351.0) Ordonnance du 23 novembre 2005 du DFI sur les denrées alimentaires d’origine animale (RS 817.022.108) Ordonnance du 23 novembre 20055 du DFI sur l’hygiène (RS 817.024.1) Ordonnance du 23 novembre 2005 du DFE réglant l’hygiène de la production laitière (OHyPL) (RS 916.351.021.1) |
Iva |
Il-ħalib ta' l-ispeċi bovina u l-prodotti derivati minnu maħsub/a għall-konsum mill-bniedem li hu/ma fil-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jiċċirkulaw taħt l-istess kundizzjonijiet, u biss taħthom, bħall-ħalib ta' l-ispeċi bovina u l-prodotti derivati minnu maħsub/a għall-konsum mill-bniedem li hu/ma fil-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità. I — rekwiżiti tal-liġi Żvizzera b'mod partikolari rigward il-proċeduri u t-trattamenti termiċi li minnhpm jgħaddu l-ħalib u l-prodotti derivati minnu, u l-implikazzjonijiet tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar, ma japplikawx għall-prodotti legalment magħmula u/jew imqiegħda fis-suq fi Stat firmatarju ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (AELE), parti kontraenti tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). L-Iżvizzera għandha telenka l-istabbilimenti approvati, f'konformità mad-dsipożizzjonijiet ta' l-Artikolu 31 (reġistrazzjoni/approvazzjoni ta' l-istabbilimenti) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.” |
||