31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

393


DEĊIŻJONI Nru 6/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-EFTA DWAR IT-TRANSITU KOMUNI

ta' l-4 ta’ Ottubru 2005

li temenda l-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta’ transitu komuni

(2005/882/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' transitu komuni (1), (minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Rumanija għandha taderixxi mal-Konvenzjoni.

(2)

Għaldaqstant, il-verżjonijiet bil-lingwa Rumena tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xieraq.

(3)

L-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandha tikkorrispondi mad-data ta' l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Konvenzjoni.

(4)

Sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli dwar il-garanzija stampati skond il-kriterji fis-seħħ qabel id-data ta' l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perijodu transitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-formoli stampati, b'ċerti adattamenti.

(5)

Il-Konvenzjoni għandha għalhekk tiġi emendata skond dan,

IDDECIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni dwar proċedura ta' transitu komuni hija emendata kif ġej:

1.

L-Appendiċi I għandu jiġi emendat skond l-Anness A għal din id-Deċiżjoni.

2.

L-Appendiċi II għandu jiġi emendat skond l-Anness B għal din id-Deċiżjoni.

3.

L-Appendiċi III għandu jiġi emendat skond l-Anness C għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2006.

2.   Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi B1, B2, B4, B5 u B6 għall-Appendiċi III jistgħu jibqgħu jintużaw, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti dwar l-indirizz ta' notifika jew l-aġent awtorizzat, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006.

Magħmul f’Basel, 4 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Rudolf DIETRICH


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 4/2005 (ĠU L 225, 31.8.2005, p. 29).


ANNESS A

L-Appendiċi I huwa emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(3):

“—

RO

Validitate limitată”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28(7):

“—

RO

Dispensa”

3.

L-Artikolu 34 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 3:

“—

RO

Probă alternativă”

b)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4:

“—

RO

Diferențe: mărfuri prezentate la biroul vamal … (nume și țara)”

ċ)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 5:

“—

RO

Ieșire din … supusă restricțiilor sau impozitelor prin Reglementarea/Directiva/Decizia nr …”

4.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 64(2):

“—

RO

Dispensă de la itinerariul obligatoriu”

5.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 69(1):

“—

RO

Expeditor agreat”

6.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 70(2):

“—

RO

Dispensă de semnătură”

7.

L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Is-subinċiż li ġej għandu jiżdied ma' l-ewwel inċiż tal-punt 2.8:

“—

RO

GARANȚIE GLOBALĂ INTERZISĂ”

b)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 4.3:

“—

RO

UTILIZARE NELIMITATĂ”


ANNESS B

L-Appendiċi II huwa emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 4(2):

“—

RO

Eliberat ulterior”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 16(2):

“—

RO

Expeditor agreat”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 17(2):

“—

RO

Dispensă de semnătură”


ANNESS C

L-Appendiċi III huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Anness A7, it-Titolu II, it-Taqsima I għandha tiġi emendata kif ġej:

a)

Taħt il-Kaxxa 2, it-tielet paragrafu, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

RO

Diverși”

b)

Taħt il-Kaxxa 31, fl-ewwel paragrafu, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

RO

Vrac”

ċ)

Taħt il-Kaxxa 40, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

RO

Diverși”

2.

Fl-Anness A8, il-Parti B għandha tiġi emendata kif ġej:

a)

Taħt il-Kaxxa 2, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

RO

Diverși”

b)

Taħt il-Kaxxa 14, l-ewwel paragrafu, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

RO

Expeditor”

ċ)

Taħt il-Kaxxa 31, l-ewwel paragrafu, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

RO

Vrac”

3.

Fl-Anness A9, taħt il-kaxxa 51, għandu jiddaħħal il-kodiċi li ġej fil-lista bejn il-kodiċi applikabbli għan-Norveġja u l-Isvizzera:

“Rumanija

RO”

4.

L-Anness B1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"ANNESS B1

PROĊEDURA TA' TRANSITU KOMUNI/KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

5.

L-Anness B2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"ANNESS B2

PROĊEDURA TA' TRANSITU KOMUNI/KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

6.

L-Anness B4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS B 4

PROĊEDURA TA' TRANSITU KOMUNI/KOMUNITARJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

7.

Fil-kaxxa 7 ta' l-Anness B5, il-kelma “Rumanija” għandha tiddaħħal bejn il-kliem “Norveġja” u “Svizzera”.

8.

Fil-kaxxa 6 ta' l-Anness B6, il-kelma “Rumanija” għandha tiddaħħal bejn il-kliem “Norveġja” u “Svizzera”.

9.

Fil-punt 1.2.1 ta' l-Anness B7, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

RO

Validitate limitată”