|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
272 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT TA’ L-AJRU TA’ L- IŻVIZZERA/IL-KOMUNITÀ
tat-12 ta’ Lulju 2005
li jemenda l-Anness bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta’ l-Ajru
(2005/612/KE)
IL-KUMITAT TAT-TRASPORT TA’ L-AJRU TA’ L-IŻVIZZERA/IL-KOMUNITÀ
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn il-quddiem msejjaħ il-“Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 23 (4) tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
1. Dan li ġej se jiddaħħal wara punt 4 (Sikurezza ta’ l-Ajru) ta’ l-Anness għall-Ftehim:
“5. Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni
Nru 2320/2002
Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004.
(Artikoli 1-8, 10-13)”
2. Dan li ġej se jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni preżenti:
“Nru 622/2003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) ta’ l-4 ta’ April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2004 tal-15 ta’ Jannar 2004.”
3. Dan li ġej se jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni preżenti:
“Nru 1217/2003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) ta’ l-4 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni għal programmi tal-kontroll tal-kwalità tas-sikurezza ta’ l-avjazzjoni ċivili nazzjonali.”
4. Dan li ġej se jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni preżenti:
“Nru 1486/2003
Il-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tat-22 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi l-proċeduri biex jsiru l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni fl-oqsma tas-sikurezzata’ l-avjazzjoni ċivili.
(Artikoli 1-13, 15-18)”
5. Dan li ġej se jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni preżenti:
“Nru 1138/2004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tal-21 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi definizzjoni komuni tal-partiijiet kritiċi taż-żoni ristretti tas-sigurta ta’ l-ajruporti.”
Artikolu 2
L-enumerazzjoni tal-punt 5 (“Oħrajn”) ta’ l-Anness għall-Ftehim se jitbiddel għal 6.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, u l-Kompendju Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. Se tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunità
Daniel CALLEJA CRESPO
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Raymond CRON