|
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
273 |
ID-DEĊIŻJONI NRU 1/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILITA SKOND IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KANADA
tal-21 ta' Marzu 2005
biex titwettaq ir-reġistrazzjoni ta' Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità skond l-Anness Settorjali għall-Okkupazzjoni Rekreattiva
(2005/312/KE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada u partikolarment l-Artikoli VII u XI;
Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni biex titwettaq ir-reġistrazzjoni ta' Korp jew Korpi għal Valutazzjoni tal-Konformità skond Anness Settorjali;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
1. Il-Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness A huwa miżjud mal-lista ta' Korpi għal Valutazzjoni tal-Konformità tal-Kanada fl-Anness 2 ta' l-Anness Settorjali dwar l-Okkupazzoni Rekreattiva.
2. Il-firxa speċifika ta' l-inklużjoni fil-lista, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Anness A, ġiet miftehma mill-Partijiet u se tinżamm minnhom.
Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.
Iffirmata f' Ottowa fil-21 ta' Marzu 2005.
F'isem il-Kanada
Allison YOUNG
Iffirmata fi Brussell fis-16 ta' Marzu 2005.
F'isem il-Komunità Ewropea
Joanna KIOUSSI
ANNESS A
Il-Korp għal Valutazzjoni tal-Konformità tal-Kanada miżjud mal-lista ta' Korpi għal Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness 2 ta' l-Anness Settorjali dwar l-Okkupazzoni Rekreattiva.
|
IMCI-NA |
|
1084 Cedar Grove Blvd. |
|
Oakville, Ontario L6J 2C4 |
|
Tel: +905-845-49999 |
|
Fax: +905-849-3776 |