31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

290


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 72/2005

tad-29 ta’ April 2005

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 180/2004 tal-16 ta’ Diċembru 2004 (1).

(2)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi l-azzjoni preparatorja għat-titjib tar-riċerka dwar is-sigurtà Ewropea (2005).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermettu li din l-estensjoni tal-kooperazzjoni isseħħ mill-1 ta' Jannar 2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 1994, jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas ta’ l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku msemmija fil-paragrafu 5 u mill-1 ta’ Jannar 2005 fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 8, permezz ta’ parteċipazzjoni fil-programmi speċifiċi tagħhom.”

2.

It-test tal-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.

L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jikkontribuwixxu b’mod finanzjarju għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 8 b’konformità ma’ l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.”

3.

It-test tal-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“6.

L-evalwazzjoni u l-bidla kbira fid-direzzjoni ta’ l-attivitajiet fil-programmi qafas ta’ l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku msemmija fil-paragrafi 5 u 8 għandhom jiġu regolati bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 79(3) tal-Ftehim.”

4.

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-paragrafu 7:

“9.

L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2005, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Komunità relatati mal-linja tal-baġit li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005:

linja tal-baġit 08.14.01: ‘Azzjoni preparatorja għat-titjib tar-riċerka dwar is-sigurtà Ewropea (2005)’.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ April 2005.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Richard WRIGHT


(1)   ĠU L 133, 26.5.2005, p. 42

(*1)  [Ebda ħtiġiet kostituzzjonali m'huma indikati.] [Ħtiġiet kostituzzjonali huma indikati.]