31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

255


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE NRU 36/2005

tal-11 ta’ Marzu 2005

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ' il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II għall-Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 9/2005 tal-Kumitat Konġunt ŻEE tat-8 ta' Frar 2005 (1).

(2)

Id-Direttiva 2004/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttiva 94/62/KE fuq l-ippakkjar u l-iskart ta' l-ippakkjar (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Punt 7 (id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XVII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

dan li ġej għandu jiżdied qabel l-arranġamenti transitorji:

“, kif emendat bi:

32004 L 0012: id-Direttiva 2004/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 26).”;

2)

dan li ġej għandu jinżied wara l-arranġamenti transitorji:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Fl-Artikolu 6(7), il-kelma, ‘l-Iżlanda’ għandha tiddaħħal wara l-kelma ‘l-Irlanda’ u, il-kliem ‘il-preżenza ta' żoni rurali u densità ta' popolazzjoni baxxa’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘żoni’.”.

Artikolu 2

Dawn it-testi tad-Direttiva 2004/12/KE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Marzu 2005, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2005.

Ġħall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Richard WRIGHT


(1)  ĠU L 161, 23.6.2005, p. 20.

(2)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 26.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.