22004D0014



Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0066 - 0067


Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE

Nru 14/2004

tas-6 ta' Frar 2004

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE ta' l-24 ta' Novembru 1999 konnessa mad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, il-lista ta' prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u distretti rigward l-stħarriġ ta' l-istrutturi ta' artijiet agrikoli mikrija [2], għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2002 ta' l-24 ta' Lulju 2002 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE konness mad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u distretti rigward l-istħarriġ ta' l-istruttura ta' artijiet agrikoli mikrija [3], għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim:

"23a. 32000 D 0115: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE ta' l-24 ta' Novembru 1999 konnessa mad-definizzjonijiet tal-karateristiċi, il-lista ta' prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u distretti rigward l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' artijiet agrikoli mikrija (ĠU L 38, tat-12.2.2000, p. 1), kif emendata bi:

- 32002 R 1444: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2002 ta' l-24 ta' Lulju 2002 (ĠU L 216, tat-12.8.2002, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) il-punt G/05 I (d) ta' l-L-Anness I m'għandux japplika għan-Norveġja;

(b) is-subparagrafu li ġej għandu jinżdied fil-punt H/03 II ta' l-L-Anness I:

"4. Art forestjiera mhux produttiva u żoni koperti minn arbuxelli forestjieri."

(ċ) is-subparagrafu li ġej għandu jinżdied fil-punt H/02 II ta' l-L-Anness I:

"Barramindan, li ġej għandu jkun eskluż għan-Norveġja:

- Art forestjiera mhux produttiva u żoni koperti minn arbuxelli forestjieri."

(d) l-aħħar sentenza tal-Punt J/15 II ta' l-L-Anness I m'għandux japplika għan-Norveġja;

(e) li ġej għandu jinżdied mal-lista fit-II (3) taħt 'In-numru ta' ħaddiema fir-razzett fl-azjenda (art agrikola mikrija)' fil-punt L (Numru ta' ħaddiema fir-razzett) fl-Anness I:

"L-Islanda: 16-il sena

Il-Liechtenstein: 16-il sena

In-Norveġja 16-il sena""

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2000/115/KE u r-Regolament (KE) Nru 1444/2002 fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 6 ta' Frar 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 60.

[2] ĠU L 38, tat-12.2.2000, p. 1.

[3] ĠU L 216, tat-12.8.2002, p. 1.

[4] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------