22004D0007



Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0052 - 0053


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 7/2004

tas-6 ta' Frar 2004

li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness V mal-Ftehim kine emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1]

(2) Id-Deċiżjoni Nru 191/1999 introduċiet adattamenti settorjali ġodda għall-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Dritt ta' stabbiliment) dwar il-Liechtenstein, li għandhom ikunu emendati skond il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fisż-Żone Ekonomika Ewropea, iffirmat fil-Lussemburgu fl-14 ta' Ottubru 2003.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE tat-23 ta' Diċembru 2002 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 dwar l-ipproċessar ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għal impjieg [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/569/KE) ta' l-Anness V mal-Ftehim għandu jkun issostitwit b'li ġej:

"32003 D 0008: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE tat-23 ta' Diċembru 2002 li timlimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 rigward l-ipproċessar ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għal impjieg (ĠU L 5, ta' l-10.1.2003, p. 16)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2003/8/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 29.

[2] ĠU L 5, ta' l-10.1.2003, p. 16.

[3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------