22004A0326(01)



Official Journal L 089 , 26/03/2004 P. 0037 - 0043


Ftehim ta' Koperazzjoni

bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Każakstan fil-qasam tas-sigurtà nukleari

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa "Il-Komunità",

min-naħa l-waħda, u

ir-REPUBLIKA TAL-KAŻAKSTAN,

minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Każakstan",

min-naħa l-oħra,

it-tnejn ukoll b'mod ġeneriku msejħa minn hawn 'il-quddiem il-"Parti" jew "Partijiet", skond kif xieraq.

JIFTAKRU li Sħubija u Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa il-waħda, u ir-Repubblika tal-Każakstan, minn naħa l-oħra, kien ġie ffirmat fit-23 ta' Jannar 1995;

JIFTAKRU li l-Każakstan u l-Istati Membri li huma Partijiet mat-Trattat dwar in-non-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari u membri ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika;

JIFTAKRU li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn 'il quddiem referuta bħala "il-Kummissjoni", għandha responsabbiltajiet, inter alia, li tistabbilixxi standards bażiċi għall-protezzjoni mir-radjazzjoni, sabiex tassigura l-implimentazzjoni tagħhom u għall-ġbir u l-monitoraġġ tad-data tar-radjazzjoni fil-livell tal-Komunità;

JIFTAKRU li l-ħarsien ta' l-ambjent u l-koperazzjoni f'din il-konnessjoni ma' partijiet terzi fil-livel tal-Komunità huma ta' importanza;

JIKKONSIDRAW li l-Kummissjoni timplimenta programm ta' riċerka tal-Komunità fis-sigurtà nukleari, inkluża s-sigurtà tar-reattur, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, l-amministrazzjoni ta' l-iskart u d-dikommissjoni u l-ħatt ta' l-impjant nukleari, kif ukoll fis-salvagwardji tal-materjali nukleari, u għandha l-intenzjoni li tiżviluppa koperazzjoni xjentifika u teknoloġika ma' pajjiżi terzi dwar dawn is-suġġetti bil-għan li tikkontribwixxi lejn prinċipji u linji ta' gwida tas-sigurtà nukleari li huma internazzjonalment aċċettati.

JIKKONSIDRAW li l-Każakstan jopera impjant tal-qawwa nukleari u tliet reatturi ta' riċerka li jistgħu jkunu użati bħala parti minn programm ta' riċerka u żvilupp għaż-żieda tas-sigurtà ta' l-impjanti tal-qawwa nukleari;

JIFTAKRU li l-attività regolatorja tal-Każakstan għas-settur nukleari hija ntiża li tassigura l-ħarsien ta' l-ambjent u tal-popolazzjoni ġenerali, kif ukoll il-protezzjoni tal-ħaddiema, kontra r-radjazzjoni fuq il-bażi tal-linji ta' gwida u l-prinċipji internazzjonalment aċċettati;

JIRROKONOXXU li l-kontribuzzjoni fil-ġejjieni ta' l-enerġija nukleari li tilħaq il-ħtiġiet tal-Każakstan u tal-Komunità, b'konsiderazzjoni xierqa għad-diversifikazzjoni, l-ekonomija, l-ambjent u l-popolazzjoni b'mod ġenerali, jiddependu wkoll fuq l-iżvilupp sodisfaċenti tat-tweġibiet għas-sigurtà relatati mas-suġġetti msemmija hawn fuq.

KONXJI bil-għamliet varji ta' azzjoni kordinata dwar is-sigurtà nukleari kif intiża mill-Komunità u mill-Każakstan,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-koperazzjoni permezz ta' dan il-Ftehim għandha tkun biss għal skopijiet paċifiċi u għandha, fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, li jikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà nukleari, inkluża d-definizzjoni u l-applikazzjoni ta' linji ta' gwida li huma xjentifikament affermati u internazzjonalment aċċettati fis-sigurtà nukleari.

Artikolu 2

Il-Partijiet għandhom jagħmlu sforz sabiex iħeġġu l-koperazzjoni f'dawn l-oqsma li ġejjin:

(a) Riċerka dwar is-sigurtà tar-reattur

Reviżjoni u analiżi ta' kwistjonijiet dwar is-sigurtà; l-identifikazzjoni ta' tekniki xierqa għat-titjib tas-sigurtà tar-reattur, inter alia, fuq il-bażi tar-riċerka u l-iżvilupp u studji ta' l-evalwazzjoni dwar ir-reatturi nukleari li huma operattivi u ippjanati.

(b) Protezzjoni tar-radjazzjoni

Riċerka, aspetti regolatorji, żvilupp ta' standards dwar is-sigurtà, informazzjoni pubblika, taħriġ u edukazzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tkun mogħtija għall-istudju ta' l-effetti ta' doża-baxxa u tar-rimedji għal żoni kontaminati, għall-esposizzjoni industriali u medika u l-amministrazzjoni ta' wara l-inċident.

(ċ) Amministrazzjoni ta' l-iskart nukleari

L-istudju u l-ottimizzazzjoni tad-disponiment ġeoloġiku, l-aspetti xjentifiċi ta' l-amministrazzjoni ta' l-iskart b'ħajja twila u ta' l-istrateġiji li jikkonċernaw l-irkupru ta' sit.

(d) Id-Dikommissjonar, id-dikontaminazzjoni u l-ħatt ta' stallazzjonijiet nukleari

Strateġiji għad-dikommissjonar, id-dikontaminazzjoni u l-ħatt ta' stallazzjonijiet nukleari, partikolarment l-aspetti radjoloġiċi.

(e) Riċerka u żvilupp dwar il-salvagwardji tal-materjal nukleari

L-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-tekniki u l-karatterizzazzjoni tal-kejl mal-materjal nukleari tal-materjali ta' referenza għall-attivitajiet ta' salvagward u l-iżvilupp tas-sistemi tal-kontabbilità għal, u l-kontroll tal-materjali nukleari.

(f) Il-prevenzjoni tat-traffikar illeċitu tal-materjali nukleari

Il-koperazzjoni għandha tkun relatata mal-metodi u t-tekniki tal-kontroll tal-materjali nukleari.

Artikolu 3

1. Il-koperazzjoni għandha tkun implimentata, partikolarment, permezz ta':

- skambju ta' informazzjoni teknika permezz ta' rapporti, żjajjar, seminars, laqgħat tekniċi, eċċ.,

- skambju ta' persunal, inkluż għal skopijiet ta' taħriġ, bejn laboratorji u/jew korpi involuti, miż-żewġ naħat, din il-koperazzjoni tista' wkoll isseħħ bejn persuni u impriżi stabbiliti fit-territorji rispettivi tal-Partijiet,

- skambju ta' kampjuni, materjali, strumenti u apparat għal skopijiet sperimentali,

- parteċipazzjoni bilanċjata fi studji u f'attivitajiet konġunti.

2. Sal-limitu meħtieġ, l-arranġamenti ta' l-implimentazzjoni sabiex ikun stabbilit l-iskop, it-termini u l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet speċifiċi ta' koperazzjoni, jistgħu jkunu involuti mill-Partijiet u/jew minn korpi li lilhom waħda mill-Partijiet tista' eventwalment tallokalhom l-attivitajiet imsemmija hawn fuq.

Tali arranġamenti ta' l-implimentazzjoni jistgħu, inter alia, ikopru disposizzjonijiet finanzjarji, l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' l-amministrazzjoni u disposizzjonijiet dwar id-dissiminazzjoni ta' l-informazzjoni u d-drittijiet proprjetarji intellettwali.

3. Sabiex tkun minimizzata d-dupplikazzjoni ta' l-isforzi, il-Partijiet għandhom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta' dan il-Ftehim ma' l-attivitajiet internazzjonali l-oħrajn relatati mas-sigurtà nukleari li tagħhom huma parteċipanti.

Artikolu 4

1. L-obbligi ta' kull parti permezz ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu suġġetti għad-disponabbilità tal-fondi meħtieġa.

2. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-koperazzjoni għandhom ikunu merfuha mill-Parti li tkun daħlet għalihom.

3. L-iffinanzjar ta' l-attivitajiet industrijali għandu jkun eskluż mill-iskop ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 5

1. Sal-limitu li l-Komunità hija kkonċernata, dan il-Ftehim għandu jkun japplika għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika huwa applikabbli.

2. Il-koperazzjoni permezz ta' dan il-Ftehim għandha tkun b'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ kif ukoll mal-ftehim internazzjonali li jkunu daħlu fihom il-Partijiet.

3. Kull Parti għandha tuża l-aħjar sforzi tagħha, fi ħdan il-qafas tal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, sabiex tiffaċilita t-twettieq tal-formalitajiet involuti fil-moviment ta' persuni, it-trasferiment ta' materjali u l-apparat u t-trasferiment tal-munita meħtieġa għat-twetieq tal-koperazzjoni.

4. Kumpens għal danni involuti matul l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jkun skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

Artikolu 6

L-utilizzazzjoni u d-diffużjoni tad-drittijiet ta' l-informazzjoni u d-drittijiet proprjetarji, privattivi u drittijiet ta' l-awtur konnessi mad-drittijiet ta' l-awtur u konnessi ma' l-attivitajiet ta' koperazzjoni permezz ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu bi qbil ma' l-Annessi, li huma fil-għamla ta' parti integrali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, il-Partijiet għandhom jagħmlu sforz li jwettqu l-kwistjonijiet kollha li huma konnessi ma' dan il-Ftehim permezz ta' konsultazzjonijiet bejniethom.

Artikolu 8

1. Kumitat ta' Kordinazzjoni li jikkonsisti minn membri maħtura f'numri egwali miż-żewġ Partijiet għandhom ikunu stabbiliti ħalli jwettqu s-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Kumitat ta' Kordinazzjoni għandu jiltaqa' kif ikun meħtieġ, alternattivament fil-Komunità u fil-Każakstan, għal sezzjonijiet regolari, sabiex:

- jirrevedi u jassessja l-koperazzjoni permezz ta' dan il-Ftehim u jipprepara rapporti annwali dwaru,

- jiddetermina bi ftehim reċiproku d-doveri speċifiċi li għandhom ikunu mwettqa permezz ta' dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għat-teħid ta' deċiżjonijiet awtonimi mill-Partijiet fil-programmi rispettivi tagħhom.

3. Sezzjonijiet straordinarji, li huma reċiprokament mifthiema, jistgħu jinżammu sabiex jitrattaw mat-topiċi partikolari, jew ma' ċirkostanzi partikolari.

Artikolu 9

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha il-Partijiet, bi skambju ta' noti diplomatiċi, speċifikati għad-dħul fis-seħħ tiegħu, u għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu inizjali ta' 10 snin [1].

2. Minn hemm il-quddiem, il-Ftehim għandu awtomatikament ikun imġedded għal perijodi ta' ħames snin, sakemm waħda mill-Partijiet, b'avviż bil-miktub, titlob għat-terminazzjoni jew l-innegozzjar mill-ġdid, mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data tal-iskadenza.

3. Fil-każ ta' terminazzjoni jew tan-negozzjar mill-ġdid, dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ fl-għamla preċedenti tiegħu fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' koperazzjoni li effittivament ikunu daħlu fihom qabel it-talba għat-terminazzjoni jew l-innegozjar mill-ġdid, sat-tmiem ta' tali attivitajiet u l-arranġamenti relatati ta' l-implimentazzjoni, għal sena kalendarja waħda wara l-iskadenza ta' dan il-Ftehim fil-għamla preċedenti tiegħu, liema minnhom tkun l-aktar kmieni.

4. It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi permezz ta' l-Artikolu 6.

Artikolu 10

Dan il-Ftehim għandu jkun imħejji f'żewġ kopji fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Svediża, Russa u Każakk, kull waħda mit-testi tkun egwalment awtentika.

+++++ TIFF +++++

Hecho en Bruselas, el diecinueve de julio de mil novecientos noventa y nueve.Udfærdiget i Bruxelles, den nittende juli nitten hundrede og nioghalvfems.Geschehen zu Brüssel am neunzehnten Juli neunzehnhundertneunundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δεκαεννέα Ιουλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα.Done at Brussels on the nineteenth day of July in the year one thousand nine hundred and ninety-nine.Fait à Bruxelles, le dix-neuf juillet mil neuf cent quatre-vingt-dix-neuf.Fatto a Bruxelles, addì diciannove luglio millenovecentonovantanove.Gedaan te Brussel, de negentiende juli negentienhonderdnegenennegentig.Feito em Bruxelas, em dezanove de Julho de mil novecentos e noventa e nove.Tehty Brysselissä yhdeksäntenätoista päivänä heinäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän.Utfärdat i Bryssel den nittonde juli nittonhundranittionio.

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad Europea de la Energía AtómicaFor Det Europæiske AtomenergifællesskabFür die Europäische AtomgemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Ατομικής ΕνέργειαςFor the European Atomic Energy CommunityPour la Communauté européenne de l'Énergie atomiquePer la Comunità europea dell'energia atomicaVoor de Europese Gemeenschap voor AtoomenergiePela Comunidade Europeia da Energia AtómicaEuroopan atomienergiayhteisön puolestaPå Europeiska atomenergigemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Por la República de KazajistánFor Republikken KasakhstanFür die Republik KasachstanΓια τη Δημοκρατία του ΚαζακστάνFor the Republic of KazakhstanPour la République du KazakhstanPer la Repubblica del KazakistanVoor de Republiek KazachstanPela República do CazaquistãoKazakstanin tasavallan puolestaPå Republiken Kazakstans vägnar

+++++ TIFF +++++

[1] Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Jannar 2003.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PRINĊIPJI TA' GWIDA DWAR L-ALLOKAZZJONI TAD-DITTIJIET DWAR PROPRJETÀ INTELLETTWALI [1] LI JIRRIŻULTAW MINN RIĊERKA KONĠUNTA PERMEZZ TAL-FTEHIM TA' KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAS-SIGURTÀ NUKLEARI

I. PROPRJETÀ, ALLOKAZZJONI U L-EŻERĊITAR TAD-DRITTIJIET

1. Ir-riċerka kollha mwettqa bis-saħħa ta' dan il-Ftehim għandha tkun "riċerka konġunta". Il-parteċipanti għandhom b'mod konġunt jiżviluppaw pjani ta' l-amministrazzjoni teknoloġika (TMP) [2] fir-rigward tal-proprjetà u l-użu, inkluża l-pubblikazzjoni, ta' l-informazzjoni u l-proprjetà intellettwali (IP) li jkunu maħluqa fil-korsa tar-riċerka konġunta. Dawk il-pjanijiet għandhom ikunu approvati mill-Partijiet qabel il-konklużjoni ta' xi kuntratti R & D ta' koperazzjoni li għalihom ikunu jirreferu. Il-TMP għandhom ikunu żviluppati billi jkunu meqjusa l-għanijiet tar-riċerka konġunta, il-kontribuzzjonijiet relattivi tal-parteċipanti, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-liċenzar bit-territorju jew għall-oqsma ta' l-użu, il-ħtiġiet imposti bil-liġijiet applikabbli u l-fatturi l-oħrajn li huma meqjusa bħala xierqa mill-applikanti. Id-drittijiet u l-obbligi li jikkonċernaw ir-riċerka ġenerata minn riċerkaturi viżitanti fir-rigward ta' IP għandhom ukoll ikunu indirizzati fil-pjanijiet konġunti ta' l-amministrazzjoni teknoloġika.

2. L-informazzjoni jew l-IP maħluqa fil-korsa tar-riċerka konġunta u li ma tkunx indirizzata fil-pjanijiet ta' l-amministrazzjoni tat-teknoloġija għandhom ikunu allokati, bl-approvazzjoni tal-Partijiet, skond il-prinċipji stabbiliti fil-pjan ta' l-amministrazzjoni teknoloġika. Fil-każ ta' disgwid, tali informazzjoni jew IP għandha tkun tappartieni b'mod konġunt lill-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka konġunta li minnha l-informazzjoni jew il-IP jirriżultaw. Kull parteċipant li dwaru din id-disposizzjoni hija applikabbli għandu jkollu d-dritt li juża tali informazzjoni jew l-IP għall-esplojtazzjoni kummerċjali tiegħu mingħajr limitazzjoni ġeografika.

3. Kull Parti għandha tassigura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jistgħu jkollhom id-drittijiet għall-IP allokata lilhom b'konformità ma' dawn il-prinċipji.

4. Waqt li jinżammu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim, kull Parti għandha tagħmel sforz sabiex tassigura li d-drittijiet akkwistati bis-saħħa ta' dan il-Ftehim ikunu eżerċitati b'tali mod hekk li jinkoraġġixxu, partikolarment:

(i) id-dissiminazzjoni u l-użu ta' l-informazzjoni maħluqa, żvelata, jew mod ieħor li tkun saret disponibbli, permezz tal-Ftehim;

(ii) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali.

II. XOGĦLIJIET BID-DRITT TA' L-AWTUR

Id-drittijiet ta' l-awtur li jappartjeni għall-Partijiet jew għall-parteċipanti tagħhom għandhom ikunu mogħtija trattament konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Berna (l-Att ta' Pariġi 1971).

III. XOGĦLIJIET LETTERARJI XJENTIFIĊI

Mingħajr preġudizzju għas-Sezzjoni II, u sakemm ma jkunx mifthiem mod ieħor fil-TMP, il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka għandhom jitwettqu b'mod konġunt mill-Partijiet jew mill-parteċipanti fir-riċerka konġunta. Mingħajr ħsara għar-regola ġenerali msemmija qabel, il-proċeduri li ġejjin għandhom ikunu applikabbli.

1. Fil-każ tal-pubblikazzjoni minn Parti, jew minn korpi pubbliċi ta' dik il-Parti, ta' ġurnali xjentifiċi u tekniċi, artikoli, rapporti, kotba, inklużi l-video u s-software li jirriżultaw mir-riċerka konġunta bis-saħħa ta' dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandha tkun intitolata madwar id-dinja kollha, għal dritt mhux-esklussiv, irrevokabbli, liċenza mingħajr dritt ta' l-awtur għat-traduzzjoni, tar-riproduzzjoni, l-adattazzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni pubblika ta' tali xogħlijiet.

2. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li x-xogħlijiet letterarji ta' karatturu xjentifiku li jirriżultaw minn riċerka konġunta permezz tal-Ftehim u ppubblikati minn pubblikaturi independenti, għandhom ikunu disseminati fl-akbar wisa' possibbli.

3. Il-kopji kollha ta' xogħol bid-dritt ta' l-awtur għandhom ikunu distribwiti pubblikament u ippreparati permezz ta' din id-disposizzjoni, għandhom jindikaw l-isem ta' l-awtur jew l-awturi tax-xogħol sakem l-awtur jew l-awturi ma jkunx espleċitament jiċħad milli jkun imsemmi. Dawn għandhom kjarament ikollhom rikonoxximent li jidher sewwa tas-sostenn kooperattiv tal-Partijiet.

IV. INFORMAZZJONI MHUX ŻVELATA

A. Informazzjoni dokumentarja mhux żvelata

1. Kull Parti jew il-parteċipanti tagħha, kif xieraq, għandhom jidentifikaw fil-waqt l-aktar kmieni possibbli u preferibbilment fil-pjan ta' l-amministrazzjoni teknoloġika, l-informazzjoni li huma jixtiequ li ma tkunx żvelata b'relazzjoni mal-Ftehim, billi jqisu, inter alia, din il-kriterja li ġejja:

- segretezza ta' l-informazzjoni fis-sens li din ma tkunx, bħala korp jew f'konfigurazzjoni preċiża jew f'assemblea tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufha fost, jew aċċessibbli mingħajr tbagħtija b'mezzi leċiti għall-esperti f'dak il-qasam,

- il-valur kummerċjali attwali jew potenzjali ta' l-informazzjoni bis-saħħa tas-segretezza tagħha,

- protezzjoni preċedenti ta' l-informazzjoni fis-sens li din kienet suġġetta għal passi li raġonevolment kienu fiċ-ċirkostanzi minn persuni leċiti fil-kontroll, għaż-żamma tas-segretezza tagħha.

Il-Partijiet u l-parteċipanti jistħu f'ċerti każi jaqblu li, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, partijiet ta', jew l-informazzjoni kollha ipprovduta, skambjata kew maħluqha fil-korsa tar-riċerka konġunta bis-saħħa tal-Ftehim, ma tistax tkun żvelata.

2. Kull Parti għandha tassigura li l-informazzjoni mhux żvelata permezz ta' dan il-Ftehim u għandha tassigura n-natura privileġġata tagħha hija faċilment rikonoxxibbli bħala tali mill-Parti l-oħra, per eżempju permezz ta' markar xieraq jew leġġenda restrittiva. Dan japplika wkoll għal xi riproduzzjoni ta' l-imsemmija informazzjoni, fit-total jew parzjalment.

Parti i tirċievi informazzjoni mhux żvelata bis-saħħa tal-Ftehim għandha tirrispetta n-natura privilieġġata tagħha. Dawn il-limiti għandhom awtomatikament jispiċċaw meta din l-informazzjoni tkun żvelata mid-detentur mingħajr restrizzjoni, lejn l-esperti f'dan il-qasam.

3. Informazzjoni mhux żvelata li tkun ikkomunikata permezz tal-Ftehim tista' tkun disseminata mill-Parti li tirċeviha lejn persuni fi ħdanha jew impjegati mill-Parti li tirċievi u lid-dipartimenti jew lill-aġenziji l-oħrajn ikkonċernati fil-Parti li tirċievi, awtorizzati għal skopijiet speċifiċi tar-riċerka konġunta li tkun għadha għaddejja, basta li xi informazzjoni mhux żvelata hekk dissiminata għandha, tkun bis-saħħa ta' ftehim ta' konfidenzjalità u għandha tkun mill-ewwel rikonoxxibli bħala tali, kif stabbilit hawn fuq.

4. Bil-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-Parti li tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata permezz ta' dan il-Ftehim, il-Parti li tirċievi tista' twettaq id-dissiminazzjoni ta' tali informazzjoni mhux żvelata f'medda aktar wiesa milli mod ieħor permissibbli fil-paragrafu 3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-iżvilupp ta' proċeduri għat-talba jew li jakkwistaw kunsens miktub bil-quddiem għal tali dissiminazzjoni aktar wiesa, u kull Parti għandha tagħti tali approvazzjoni sal-limitu permissibbli skond l-istrateġiji, ir-regolament u l-liġijiet domestiċi.

B. Informazzjoni mhux-dokumentarja mhux żvelata

Informazzjoni mhux-dokumentarja jew informazzjoni konfidenzali oħra jew informazzjoni privileġġata pprovduta waqt seminars jew laqgħat oħrajn irranġati permezz ta' dan il-Ftehim, jew informazzjoni li tirriżulta mis-sekondament ta' persunal, l-użu ta' faċilitajiet, jew proġetti konġunti, għandha tkun ittrattata mill-Partijiet jew mill-parteċipamenti tagħhom skond il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni dokumentarja fil-Ftehim; basta, b'dana kollu, li min jirċievi tali informazzjoni mhux żvelata jew b'mod ieħor konfidenzali jew privileġġata, ikun sar konxju bil-karattru konfidenzali ta' l-informazzjoni ikkomunika fil-waqt li tali komunikazzjoni tkun saret.

C. Kontroll

Kull parti għandha tagħmel sforz sabiex tassigura li l-informazzjoni mhux żvelata minnha permezz tal-Ftehim għandha tkun ikkontrollata kif hemm provvediment dwar dan. Jekk waħda mil-Partijiet issir konxja li hija tista', jew li raġonevolment tkun mistennija li ssir konxja, ma tkunx tista' tilħaq id-disposizzjonijiet tan-nuqqas ta' dissiminazzjoni tal-paragrafi A u B, din għandha immedjatament tinforma lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom wara dan jikkonsultaw bejniethom sabiex jiddiffenixxu korsa xierqa ta' azzjoni.

[1] Definizzjonijiet tal-kunċetti referuti f'dawn il-prinċipji ta' gwida huma stabbiliti fl-Anness II.

[2] Il-fatturi indikattivi ta' tali TMP huma stabbiliti fl-Anness III.

--------------------------------------------------

ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET

1. PROPRJETÀ INTELLETTWALI: għandha jkollha t-tifsira kif misjuba fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali, li saret fi Stokkolma, fl-14 ta' Lulju 1967.

2. PARTEĊIPANT: kwalunkwe persuna naturali jew legali, inklużi l-Partijiet infushom, li jipparteċipaw fi proġett permezz ta' dan il-Ftehim.

3. RIĊERKA KONĠUNTA: riċerka implimentata u/jew bil-fondi minn kontribuzzjonijiet konġunti tal-Partijiet u bil-kollaborazzjoni mill-parteċipanti taż-żewġ Partijiet, meta xieraq.

4. INFORMAZZJONI: data xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta' riċerka u żvilupp li jirriżultaw minn RIĊERKA KONĠUNTA u minn xi informazzjoni oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-Partijiet u/jew mil-parteċipanti involuti fir-RIĊERKA KONĠUNTA li għandha tkun ipprovduta jew skambjata permezz ta' dan il-Ftehim jew riċerka bis-saħħa tagħhom.

--------------------------------------------------

ANNEX III

FATTURI INDIKATTIVI TAL-PJAN TA' L-AMMINISTRAZZJONI TEKNOLOĠIKA (TMP)

It-TMP huwa ftehim speċifiku li għandu jkun konkluż bejn il-parteċipanti dwar l-implimentazzjoni ta' riċerka konġunta u d-drittijiet rispettivi u l-obbligi tal-parteċipanti. Fir-rigward ta' IP, it-TMP għandha normalment tindirizza, inter alia: proprjetà, protezzjoni, id-drittijiet ta' l-utenti għal skopijiet R & D, l-esplojtazzjoni jew id-disseminazzjoni, inklużi l-arranġamenti għal pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u l-obbligi ta' riċerkaturi viżitanti u l-proċeduri tat-twettiq ta' kwistjoni. It-TMP tista' wkoll tindirizza l-informazzjoni quddimija u fl-isfond, il-liċenzjar u l-fornimenti.

--------------------------------------------------