22004A0225(02)



Official Journal L 057 , 25/02/2004 P. 0017 - 0018


Arranġament amministrattiv f'għamla ta' skambju ta' ittri

bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li tieħu ħsieb is-sistema transitorja ta' punti għall-vetturi tal-merkanzija li jgħaddu mill-Awstrija.

A. Ittra mill-Komunità Ewropea.

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak li wara n-negozjati bejn id-delegazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera u d-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fuq l-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bi trejn u b'karozzi [1] intlaħaq il-ftehim li ġej:

1. Is-sistema transitorja ta' punti tapplika għall-vetturi tal-merkanzija reġistrati l-Isvizzera li jiżnu inqas 7.5 tunellati. Dawn il-vetturi jużaw 6, 7 jew 8 punti, meta dawn jgħaddu mill-Awstrija, irrelevanti jekk ikunux mgħobbijin jew le.

Vetturi ta' merkanzija li jużaw aktar minn tmien punti m'humiex awtoriżżati jgħaddu mill-Awstrija.

Dawk il-vetturi li jużaw 5 punti jew inqas huma eżentati mis-sistema.

2. Il-punti għal dawk il-vetturi tal-merkanzija reġistrati l-Isvizzera li jgħaddu mill-Awstrija se jingħataw kif ġej:

għall-2004, 140992 punt;

għall-2005, 133572 punt;

għall-2006, 126151 punt.

Għoxrin fil-mija ta' dawn il-punti sa jingħataw taħt forma ta' biljetti.

3. Il-mod kif għandhom jiġu applikati dawn il-modalitajiet u proċeduri għall-ammistrazzjoni u l-kontroll tal-punti huwa l-istess bħalma jsir għall-ekopunti tal-vetturi li jgħaddu mill-Awstrija skond kif ġie miftiehem fil-Konvenzjoni bejn it-Tmexxija tad-Dipartiment Federali għall-Ambjent, Trasport, Enerġija u Komunikazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera u l-Ministeru Federali għax-Xjenza u t-Trasport tar-Repubblika ta' l-Awstrija nhar id-9 ta' Settembru 1999.

Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Svizzeru għat-Trasport bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera iddeċida li jieħu aktar miżuri fejn tidħol is-sistema transitorja tal-punti, it-tqassim tal-punti u kwistjonijiet tekniċi oħra li jistgħu jinqalgħu frott ta' dan il-Ftehim.

4. Il-ftehim jidħol fis-seħħ minn dak in-nhar li ż-żewġ partijiet ikunu notifikati li l-Ftehim ġie konkluż.

B'mod proviżorju il-Ftehim jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2004.

Il-Ftehim jiskadi meta r-Regolament (KE) Nru 2327/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi is-sistema transitorja tal-punti għall-vetturi tal-merkanzija għall-2004 fil-kwadru tal-politika għat-transport sostenibbli [2], jiskadi.

Inkun rikonoxxenti jekk inti tikkonferma il-ftehim tal-Gvern tiegħek fir-rigward tal-kontenut ta' din l-Ittra.

Jekk jgħoġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjonijiet tiegħi.

B. Ittra mill-Konfederazzjoni Svizzera

Sinjur,

B'referenza għall-ittra tiegħek, nixtieq ninfurmak b'dan li ġej:

"Għandi l-unur ninfurmak li wara n-negozjati bejn id-delegazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera u d-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fuq l-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bi trejn u b'karozzi (1) intlaħaq il-ftehim li ġej [3]:

1. Is-sistema transitorja ta' punti tapplika għall-vetturi tal-merkanzija reġistrati l-Isvizzera li jiżnu inqas 7.5 tunellati. Dawn il-vetturi jużaw 6, 7 jew 8 punti, meta dawn jgħaddu mill-Awstrija, irrelevanti jekk ikunux mgħobbijin jew le.

Vetturi ta' merkanzija li jużaw aktar minn tmien punti m'humiex awtoriżżati jgħaddu mill-Awstrija.

Dawk il-vetturi li jużaw 5 punti jew inqas huma eżentati mis-sistema.

2. Il-punti għal dawk il-vetturi tal-merkanzija reġistrati l-Isvizzera li jgħaddu mill-Awstrija se jingħataw kif ġej:

għall-2004, 140992 punt;

għall-2005, 133572 punt;

għall-2006, 126151 punt.

Għoxrin fil-mija ta' dawn il-punti sa jingħataw taħt forma ta' biljetti.

3. Il-mod kif għandhom jiġu applikati dawn il-modalitajiet u proċeduri għall-ammistrazzjoni u l-kontroll tal-punti huwa l-istess bħalma jsir għall-ekopunti tal-vetturi li jgħaddu mill-Awstrija skond kif ġie miftiehem fil-Konvenzjoni bejn it-Tmexxija tad-Dipartiment Federali għall-Ambjent, Trasport, Enerġija u Komunikazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera u l-Ministeru Federali għax-Xjenza u t-Trasport tar-Repubblika ta' l-Awstrija nhar id-9 ta' Settembru 1999.

Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Svizzeru għat-Trasport bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera iddeċida li jieħu aktar miżuri fejn tidħol is-sistema transitorja tal-punti, it-tqassim tal-punti u kwistjonijiet tekniċi oħra li jistgħu jinqalgħu frott ta' dan il-Ftehim.

4. Il-ftehim jidħol fis-seħħ minn dak in-nhar li ż-żewġ partijiet ikunu notifikati li l-Ftehim ġie konkluż.

B'mod proviżorju il-Ftehim jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2004.

Il-Ftehim jiskadi meta r-Regolament (KE) Nru 2327/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi is-sistema transitorja tal-punti għall-vetturi tal-merkanzija għall-2004 fil-kwadru tal-politika għat-transport sostenibbli [4], jiskadi.

I should be obliged if you would confirm the agreement of your Government to the contents of this letter."

Għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra

Jekk jgħoġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjonijiet tiegħi.

[1] ĠU L 114, 30.04.02, p. 91.

[2] ĠU L 345, 31.12.03, p. 30.

[3] ĠU L 114, 30.04.02, p. 91.

[4] ĠU L 345, 31.12.03, p. 30.

--------------------------------------------------