22003D0173



Official Journal L 088 , 25/03/2004 P. 0047 - 0048


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 173/2003

tal-5 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻONA EE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva 2003/334/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejjn 2003 li temenda għat-23 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u tħejjijiet perikolużi (sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni - c/m/r) [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 2003/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejjn 2003 li temenda għall-25 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġjiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrativi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u tħejjijiet perikolużi (sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni - c/m/r) [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda għas-26 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u tħejjijiet perikolużi (in-nonilfenol, l-etossilau u s-siment tan-nonilfenol) [4] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"- 32003 L 0034: Id-Direttiva 2003/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 (ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 14).

- 32003 L 0036: Id-Direttiva 2003/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 (ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 26).

- 32003 L 0053: Id-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 24)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/34/KE, 2003/36/KE u 2003/53/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 35.

[2] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 14.

[3] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 26.

[4] ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 24.

[5] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------