22003D0165



Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0069 - 0070


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 165/2003

tas-7 ta' Novembru 2003

li temenda l-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 96 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 47/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 [1].

(2) Il-kooperazzjoni tal-Partijiet kontraenti tal-Ftehim kienet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 47/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 biez issostni, għal tul ta' ħames snin, miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-isbilanċi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni bil-ħsieb li tippromwovi tisħiħ kontinwu u bbilanċjat ta' relazzjonijiet tal-kummerċ u ekonomiċi bejn il-Partijiet Kontraenti. Għal dan il-għan, kien stabbilit Strument Finanzjarju għall-perjodu 1999 sal-2003.

(3) Il-Klawżola 10(2) tal-Appendiċi 4 (Strument Finanzjarju ŻEE - Modalitajiet ta implimentazzjoni) li jinsab mal-Protokoll 31 tal-Ftehim jiddikjara li l-Istat benefiċjarju għandu jipproponi l-abbozz proġettat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Istrument Finanzjarju f'konsultazzjoni minn qabel biex tiġi validata l-ideja.

(4) Il-Kumitat għandu, wara talba raġunata minn Stat benefiċjarju, jkollu l-possibbiltà li jwarrab il-fażi ta' konsultazzjoni minn qabel fejn dak it-twarrib jista' jkun ġustifikat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Klawżola 10 tal-Appendiċi 4 (Strument Finanzjarju ŻEE - Modalitajiet ta implimentazzjoni) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim hija emendata kif ġej:

1. dan li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 2:

"Il-Kumitat jista' jwarrab il-ħtieġa ta' konsultazzjoni minn qabel, wara talba raġunata minn Stat benefiċjarju u bbażata fuq kriterji oġġettivi.";

2. l-ewwel sentenza fil-paragrafu 3 hija sostitwita b'dan li ġej:

"Fil-każ ta' riżultat pożittiv ta' konsultazzjoni minn qabel jew fil-każ li dik il-konsultazzjoni minn qabel tkun twarrbet, il-promotur tal-proġett jista' jitlob lill-EIB biex japprezza l-proġett."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 59.

[2] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ndikati

--------------------------------------------------