Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0067 - 0068
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 164/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Protokoll 31 li jinsab mal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE; Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ejonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokollli jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: (1) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 102/2000 tal-10 ta' Novembru 2000 [1]. (2) Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1230/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 li tadaotta programm multiannwali għall-azzjoni fil-qasam tal-enerġija: "Enerġija Intelliġenti - Ewropa" (2003 sal-2006) [2]. (3) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun jippermetti għal din l-estensjoni ta' kooperazzjoni li sseħħ mill-1 ta' Jannar 2003, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 14 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim huwa emendfat kif ġej: 1. il-paragrafu ġdid li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu 2d: "2e. Mill-1 ta' Jannar 2003, l-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw fil-programm tal-Komunità imsemmi fil-paragrafu (g) u f'azzjonijiet bis-saħħa tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-qasam speċifiku tal-programm "Coopener"; u azzjonijiet bis-saħħa tiegħu."; 2. dan li ġej għandu jiżdied fil-paragrafu 5: "g) 32003 D 1230: id-Deċiżjoni nru 1230/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 li tadotta programm multiannwali għal azzjoni fil-qasam tal-enerġija: "Enerġija Intelliġenti - Ewropa"; (2003 sal-2006) (ĠU L 176, tal-15.7.2003, p. 29)."; 3. "il-paragrafu 5(a), (b), (ċ), (d), (e) u (f)" fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 4 għandhom jiġu sostitwiti bi "il-paragrafu 5(a), (b), (ċ), (d), (e), (f) u (g)." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum li jiġi wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [3]. Huwa għandu tgħodd mill-1 ta' Jannar 2003. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 7, tal-11.1.2001, p. 38 [2] ĠU L 176, tal-15.7.2003, p. 29. [3] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati --------------------------------------------------