22003D0124



Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0052 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 124/2003

tas-26 ta' Settembru 2003

li temenda l-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/240/KE ta' l-24 ta' Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2000/45/KE rigward il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni ta' l-eko-tikketta Komunitarja lill-magni tal-ħasil [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2ċ (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/45/KE) fl-Anness XX mal-Ftehim:

"kif emendata bi:

- 32003 D 0240: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/240/KE ta' l-24 ta' Marzu 2003 (ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 16)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/240/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 29.

[2] ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 16.

[3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------