22003D0109(01)



Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0022 - 0023


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 109/2003

tas-26 ta' Settembru 2003

li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/3/KE tas-6 ta' Jannar 2003 li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet u l-użu tal-"kulurant blu" (it-tnax-il addattament għall-progres tekniku tad-Direttiva 76/759/KEE) [2], trid tiġi inkoporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"- 32003 L 0003: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/3/KE tas-6 ta' Jannar 2003 (ĠU L 4, tat-9.1.2003, p. 12)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/3/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuniajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 24.

[2] ĠU L 4, tad-9.1.2003, p. 12.

[3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------