22003D0101



Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0006 - 0007


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 101/2003

tas-26 ta' Settembru 2003

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2003 tal-20 ta' Ġunju 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/616/KE tat-22 ta' Lulju 2002 li tawtorizza lill-Franza li tapplika l-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE għal ċerti biċċeriji li jaħdmu mhux iktar minn 2000 unità ta' bhejjem tar-rziezet kull sena [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta' Awissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward it-twettiq tax-xogħol tal-metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati [3], kif ikkorreġuta mill-ĠU L 239, tas-6.9.2002, p. 66, trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 tal-10 ta' Ottubru 2002, li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 1282/2002 li jemenda l-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' l-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijoni mhux bla ħsara għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi Komunitarji riferiti fl-Anness A(1) mad-Direttiva 90/425/KEE [4], irid jiġi inkoporat fil-Ftehim.

(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/907/KE tal-15 ta' Novembru 2002 li tagħraf temporanjament is-sistema tan-network tas-sorveljanza għall-azjendi tal-bhejjem tal-fart introdotta fi Franza taħt id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [5], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6) Din id-Deċiżjoni ma tridx tapplika għall-Islanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 4.1 u 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 8.1:

"- 32002 R 1802: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 tal-10 ta' Ottubru 2002 (ĠU L 274, tal-11.10.2002 p. 21)."

2. Taħt l-intestatura

"L-ATTI LI TAGĦHOM L-ISTATI TA' L-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ"

, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 53 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/544/KE) fil-parti 4.2:

"54. 32002 D 0907: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/907/KE tal-15 ta' Novembru 2002 li tagħraf temporanjament is-sistema tan-network tas-sorveljanza għall-azjendi tal-bhejjem tal-fart introdotta fi Franza taħt id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (ĠU L 3213, ts-16.11.2002, p. 32)."

3. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 43 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/226/KE) fil-Parti 6.2:

"44. 32002 D 0616: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/616/KE tat-22 ta' Lulju 2002 li tawtorizza lill-Franza li tapplika l-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE għal ċertri biċċeriji li jaħdmu mhux iktar minn 2000 unità ta' bhejjem tar-rziezet kull sena (ĠU L 196, tal-25.7.2002, p. 61)."

4. Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 18 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/1003/KE) fil-Parti 7.2:

"19. 32002 D 0657: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta' Awissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward it-twettiq tax-xogħol tal-metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, tas-17.8.2002), kif ikkorreġuta mill-ĠU L 239, tas-6.9.2002, p. 66."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolament (KE) Nru 1802/2002 u tad-Deċiżjonijiet 2002/616/KE, 2002/657/KE, kif ikkorreġuti mill-ĠU L 239, tas-6.9.2002, p. 66, u 2002/907/KE fl-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [6].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 257, tad-9.10.2003, p. 4.

[2] ĠU L 196, tal-25.7.2002, p. 61

[3] ĠU L 221, tas-17.8.2002, p. 8.

[4] ĠU L 274, tal-11.10.2002, p. 21.

[5] ĠU L 313, tas- 16.11.2002, p. 32.

[6] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------