Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0042 - 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2003 ta' l-20 ta' Ġunju 2003 li temenda Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidraw il-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mill-Protokoll li jirranġa l-Ftehim taż-ŻEE, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu, Billi: (1) Protokoll 31 tal-Ftehim kien amendat permezz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1]. (2) Huwa xieraq li testendi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-qbil biex jinkludi Deċiżjoni Nru 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi s-Sena Ewropea ta' Edukazzjoni permezz ta' l-Isport 2004 [2]. (3) Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi amendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża sseħħ mill-1 ta' Jannar 2003, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 4 (Edukazzjoni, taħriġ u żgħożija) ta' Protokoll 31 għall-Qbil għandu jiġi amendat kif ġej: 1. Il-punt li ġej ser ikun inserit wara punt 2f (Azzjonijiet preparatorji għall-kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Edukazzjoni u ta' politika taż-żagħżagħ): "2g. L-Istati ta' l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2003, jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin: - 32003 D 0291: Deċiżjoni Nru 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 tistabbilixxi is-Sena Ewropea ta' Edukazzjoni permezz ta' l-Isport (ĠU L 43, tat-18.2.2003, p. 1)." 2. F'punt 3, il-kelmiet "2e and 2f" għandhom jiġu mibdula fil-kelmiet "2e, 2f and 2g". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [3]. Għandhom jibdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar 2003. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 54. [2] ĠU L 43, tat-18.2.2003, p. 1. [3] Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati --------------------------------------------------