22003D0083



Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0039 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 83/2003

ta' l-20 ta' Ġunju 2003

li temenda l-Anness XV (Għajnuna Statali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'quddiem msejjaħ bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XV tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE Nru. 170/2002 tas-6 ta'Diċembru 2002 [1].

(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2204/2002 tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-Għajnuna Statali għall-impjiegi [2], kif korrett mill-ĠU L 349, ta' l-24.12.2002, p. 126, għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 1f (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 70/2001) fl-Anness XV tal-Ftehim:

"Għajnuna għall-impjiegi

1g. 32002 R 2204: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2204/2002 tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna Statali għall-impjiegi (ĠU L 337, tat-13.12.2002, p. 3), kif korrett mill-ĠU L 349, ta' l-24.12.2002, p. 126.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, għandhom għal finijiet tal-Ftehim preżenti, jiġu moqrija bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a) it-terminu "l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE" għandu jinqara "l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE";

(b) it-terminu "l-Artikolu 87(1) tat-Trattat" għandu jinqara "l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE";

(ċ) it-terminu "l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat" għandu jinqara "l-Artikolu 61(2)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE";

(d) it-terminu "l-Artikolu 87 tat-Trattat" għandu jinqara "l-Artikolu 61(3) tal-Ftheim taż-ŻEE";

(e) it-terminu "l-Artikolu 88(3)" għandu jinqara "l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti";

(f) it-terminu "l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat" għandu jinqara "l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż- ŻEE";

(g) it-terminu "l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat" għandu jinqara "l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż- ŻEE";

(h) it-terminu "Stat Membru" għandu jinqara "Stat Membru tal-KE jew Stat ta' l-EFTA". It-Terminu "Stati Membri" għandu jinqara "Stati Membri tal-KE jew Stati ta' l-EFTA";

(i) It-Terminu "Kummissjoni" għandu jinqara "awtorità kompetenti għas-sorveljanza kif imfisser mill-Artikolu 62 tal-Ftehim għaż-ŻEE";

(j) L-Artikolu 1(2), l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej,: "Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna fis-setturi kollha koperti mill-Artikolu 61 u 64 tal-Ftehim taż-ŻEE, inkluż l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, proċessar jew bejgħ ta' prodotti msemmija fl-Appendiċi ta' dan l-Anness u koperti mill-iskop tal-Ftehim";

(k) fl-Artikolu 3 u 11, il-kliem "kompatibbli mas-suq komuni" għandu jinqara "Kompatibbli mal-funzjoni tal-Ftehim għaż-ŻEE";

(l) fl-Anness I, l-informazzjoni għandha tiġi provduta lil registry@eftasurv.int;

(m) fl-Anness II ir-rapporti għandhom jiġu provduti lil registry@eftasurv.int."

Artikolu 2

It-testijiet tar-Regolament (KE) Nru. 2204/2002 bil-lingwi ta' l-Iżlanda u tan-Norveġja li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-Żee tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni għaż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 34.

[2] ĠU L 337, tat-13.12.2002, p. 3.

[3] L-ebda ħtieġijiet kostituzzjonali m'huma ndikati.

--------------------------------------------------