22003D0082



Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0037 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 82/2003

ta' l-20 ta' Ġunju 2003

li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jirranġa l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIV tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2003 tas-27 ta' Frar 2003 fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur ta' l-assigurazzjoni [2] għandu jiġi inkoporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 15a (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3932/92) fl-Anness XIV tal-Ftehim:

"15b. 32003 R 0358: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2003 tas-27 ta' Frar 2003 fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 8).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, fl-iskop tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Fl-Artikolu 10, fil-paragrafu introduttorju, il-frażi "skond l-artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 1534/91," għandu jaqra "jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew mat-talba ta' l-awtorità l-oħra tas-sorveljanza jew Stat li jaqgħa fil-kompetenza tiegħu jew ta' persuni naturali jew legali li qed jitolbu interess leġġitimu";

(b) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar ta' l-Artikolu 10: "L-awtorità kompetenti tas-sorveljanza tista' f'dawn il-każijiet toħroġ deċiżjoni skond l-Artikolu 6 u 8 tar-Regolament Nru 17, jew id-dispożizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fil-Protokoll 21 tal-Ftehim taż-ŻEE, mingħajr bżonn ta' ebda notifikazzjoni mill-impriżi'.""

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 358/2003 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2003, bil-kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Għandu jgħodd mill-1 ta' April 2003.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 40.

[2] ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 8.

[3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata.

--------------------------------------------------