22003D0077



Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0027 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 77/2003

ta' l-20 ta' Ġunju ta' l-2003

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta dan l-istess Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawnhekk 'il quddiem "il-Qbil", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II dwar il-Qbil ġie emendat mill-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tad-Deċizjoni Nru 32/2003 ta' l-14 Marzu ta' l-2003 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/81/KE ta' l-10 t'Ottubru ta' l-2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex għalhekk tikkwalifika il-flumioxazine bħala sustanza attiva [2] trid tiġi nkorporata fil-Qbil,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inciż li jsegwi hawn taħt ghandu jiġi miżjud fil-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness dwar il-Qbil:

"- 32002 L 0081: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE ta' l-10 t'Ottubru ta' l-2002 (ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 28)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2002/81/KE fl-ilsna Islandiċi u dawk Norveġjani, li għandhom jigu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu dawk awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-20 ta' Gunju ta' l-2002, dejjem jekk in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Qbil ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ZEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata kemm fit-taqsima taż-ŻEE kif ukoll fis-Suppliment taż-ŻEE, hekk kif jidhru fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul ġewwa Brussel, nhar l-20 ta' Ġunju ta' l-2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 137, tal-5.6.2003, p. 32.

[2] ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 28.

[3] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.

--------------------------------------------------