22003D0075(01)



Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0023 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 75/2003

ta' l-20 ta' Ġunju 2003

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawnhekk 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2003 ta' l-14 ta' Marzu 2003 [1].

(2) Id-Direttiva 2002/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 li temenda għad-19-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni, l-użu u l-preparazzjoni ta' ċerti sustanzi perikolużi (ażokoloranti) [2] għandha tkun inkorporata f'dan il-Ftehim.

(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/755/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar ir-riżultati ta' l-istrateġija ta' evalwazzjoni u tnaqqis ta' riskju għas-sustanza diphenyl etere, derivattiv ta' l-octabromo [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE):

"- 32002 L 0061: Id-Direttiva 2002/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta'Lulju 2002 (ĠU L 243, tal-11.9.2002, p. 15)."

2. taħt l-intestatura

"Atti li tagħhom il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota"

, il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara punt 21 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/838/KE):

"22. 32002 H 0755: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/755/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar ir-riżultati ta' l-istrateġija ta' evalwazzjoni u tnaqqis ta' riskju għas-sustanza diphenyl etere, derivattiv ta' l-octabromo (ĠU L 249, tas-17.9.2002, p. 27)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2002/61/KE u r-Rakkommandazzjoni 2002/755/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norvegiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2003, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ngħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 20 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 137, tal-5.6.2003, p. 32.

[2] ĠU L 243, tal-11.9.2002, p. 15.

[3] ĠU L 249, tas-17.9.2002, s. 27.

[4] L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hi indikata.

--------------------------------------------------