22003D0066



Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0004 - 0007


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 66/2003

ta' l-20 ta' Ġunju 2003

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru. 31/2003 ta' l-14 ta' Marzu 2003 [1].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibli [2] għandu jkun imdaħħal fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1248/2001 tat-22 ta' Ġunju 2001 li jemenda l-Annessi III, X u XI għar-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' sorveljanza epidemjoloġika u ta' test ta' enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli [3] għandu jkun imdaħħal fil-Ftehim.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1326/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri transitorji biex iħallu l-passaġġ għar-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-qerda ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli, u li jemenda l-Annessi VII u XI għal dak ir-Regolament [4] għandu jkun imdaħħal fil-Ftehim.

(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 270/2002 ta' l-14 ta' Frar 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' materjal riskjuż u ta' sorveljanza epidemjoloġika għal enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1326/2001 fir-rigward ta' l-ikel ta' l-annimali u t-tqegħid fis-suq tan-ngħaġ u tal-mogħoż u l-prodotti tagħhom [5] għandu jkun imdaħħal fil-Ftehim.

(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1494/2002 tal-21 ta' Awissu 2002 li jemenda l-Annessi III, VII u XI għar-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll ta' enċifalopatija sponġiforma bovina, tal-qerda ta' enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli, tat-tneħħija ta' materjali riskużi speċifiċi u tar-regoli għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li ġejjin mill-annimali [6] għandu jkun imdaħħal fil-Ftehim.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/1003/KE tat-18 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għal stħarriġ tal-ġenotipi tal-proteina prionika tar-razez tan-ngħaġ [7] għandha tkun imdaħħla fil-Ftehim.

(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 260/2003 tat-12 ta' Frar 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-qerda ta' enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli fin-ngħaġ u fil-mogħoż u fl-embrijoni tal-bovini [8] għandu jkun imdaħħal fil-Ftehim.

(9) Ir-Regolament (KE) Nru. 1248/2001 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/272/KE [9], li hi mdaħħla fil-Ftehim u li konsegwentament għandha titħassar mill-Ftehim.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru. 1326/2001 iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/381/KE [10] u 94/474/KE [11], li huma mdaħħla fil-Ftehim u li konsegwentament għandhom jitħassru mill-Ftehim.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru. 260/2003 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/290/KEE [12], li hi mdaħħla fil-Ftehim u li konsegwentament għandha titħassar mill-Ftehim.

(12) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein u għall-Islanda,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 11 (Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE) fil-Parti 7.1:

"- 32001 R 1326: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1326/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 60)."

2. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 11 (Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE) fil-Parti 7.1:

"Kontroll tat-TSE (enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli)

12. 32001 R 0999: Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-qerda ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli (ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1), kif emendat b':

- 32001 R 1248: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1248/2001 tat-22 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 173, tas-27.6.2001, p. 12),

- 32001 R 1326: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1326/2001 tad-29 Ġunju 2001 (ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 60),

- 32002 R 0270: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 270/2002 of 14 Frar 2002 (ĠU L 45, tal-15.2.2002, p. 4),

- 32002 R 1494: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1494/2002 tal-21 ta' Awissu 2002 (ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 3),

- 32003 R 0260: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 260/2003 tat-12 ta' Frar 2003 (ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 7).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

A. Fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punt 2.3, dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kelma

"Svezja".

:

"u Norveġja".

B. Fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 2, għandu jiżdied dan li ġej:

"in-Norveġja | 42500". |

C. Fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3, għandu jiżdied dan li ġej:

"in-Norveġja | 6000". |

D. Fl-Anness X, Kapitolu A, punt 3, għandu jiżdied dan li ġej:

"in-Norveġja: | VeterinærinstituttetPostboks 8156 Depġ.N-0033 OsloNorway".". |

3. Dan li ġej għandu jiddaħħal wara punt 15 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/0/KE) fil-Parti 7.2:

"17. 32001 R 1326: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1326/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri li jħallu l-passaġġ għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 999/2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-qerda ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi trasmissibli, u li jemenda l-Annessi VII u XI għal dak ir-Regolament (ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 60), kif emendat b':

- 32002 R 0270: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 270/2002 ta' l-14 ta' Frar 2002 (ĠU L 45, tal-15.2.2002, p. 4)."

"18. 32002 D 1003: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/1003/KE tat-18 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għal stħarriġ tal-ġenotipi tal-proteina prionika tar-razez tan-ngħaġ (ĠU L 349, ta' l-24.12.2002, p. 105)."

4. t-test tal-punti 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/290/KEE), 26 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/381/KE), 27 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/474/KE), u 78 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/272/KE) fil-Parti 1.2 għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri. 999/2001, 1248/2001, 1326/2001, 270/2002, 1494/2002 u 260/2003 u d-Deċiżjoni 2002/1003/KE fl-ilsien Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2003, sakemm ikun saru n-notifiki taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt ŻEE [13].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 137, tal-5.6.2003, p. 30.

[2] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1.

[3] ĠU L 173, tas-27.6.2001, p. 12.

[4] ĠU L 177, tat-30.6.2001, p. 60.

[5] ĠU L 45, tal-15.2.2002, p. 4.

[6] ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 3.

[7] ĠU L 349, ta' l-24.12.2002, p. 105.

[8] ĠU L 37, tat-13.2.2003, p. 7.

[9] ĠU L 122, ta' l-24.4.1998, p. 59.

[10] ĠU L 172, tas-7.7.1994, p. 23.

[11] ĠU L 194, tad-29.7.1994, p. 96.

[12] ĠU L 152, ta' l-4.6.1992, p. 37.

[13] Indikata l-eżistenza ta' obbligi kostituzzjonali.

--------------------------------------------------