22003D0015



Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0071 - 0072


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 15/2003

tal-31 ta' Jannar 2003

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/753/KE tas-17 t'Ottubru 2001 dwar il-kwestjonarju għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintużaw [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE tad-19 ta' Frar 2002 fuq il-ħtiġijiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintużaw [3],

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jkunu inklużi wara l-punt 32db (id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:

"32dc. 32001 D 0753: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/753/KE tas-17 t'Ottubru 2001 dwar il-kwestjonarju għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintuzaw (ĠU L 282, tas-26.10.2001, p. 77).

32dd. 32002 D 0151: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE tad-19 ta' Frar 2002 fuq il-ħtiġijiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 50, tal-21.2.2002, p. 94)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/753/KE u 2002/151/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jkunu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 44.

[2] ĠU L 282, tas- 26.10.2001, p. 77.

[3] ĠU L 50, tal- 21.2.2002, p. 94.

[4] L-ebda]ti[ijiet kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------