Official Journal L 234 , 20/09/2003 P. 0023 - 0025
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropeafir-Repubblika ex Jugoslava tal-Maċedonja L-UNJONI EWROPEA, min-naħa 'l waħda, u R-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, min-naħa 'l oħra, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-"Partijiet", WAQT LI JINGĦATA KONT: — l-adozzjoni mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP tas-27 ta' Jannar 2003 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [1], — l-invit lir-Repubblika tat-Turkija biex tipparteċipa fl-operazzjoni mmexxija mill-UE, — it-tlestija b'suċċess tal-proċess ta' ġenerazzjoni tal-forza u r-rakkomandazzjoni mill-kmandant ta' l-opreazzjoni u l-Kumitat Militari tal-UE li jaqblu dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-forzi Torok fl-operazzjoni mmexxija mill-UE, — id-deċiżjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-11 ta' Marzu 2003 biex jaċċetta l-kontribuzzjoni tar-Repubblika Torka għall-operazzjoni mmexxija mill-UE, — l-Iskambju ta' Ittri bejn il-Gvern ta' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli dwar it-twettieq ta' l-operazzjoni, — il-Ftehim konkluż fil-21 ta' Marzu 2003 bejen il-Gvern ta'l-ex Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus ta' l-EUF u l-persunal tiegħu, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Qafas u definizzjonijiet 1. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tassoċja ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP, skond id-dispożizzjonijiet stipulatti fl-Artikoli li ġejjin. 2. Għall-għan ta' dan il-Ftehim, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet imniżżla hawn taħt mogħtija lilhom: (a) "Operazzjonbi Concordia" tfisser l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li għaliha hemm provdut fl-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP; (b) "Forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea" (EUF) tfisser il-kwartieri ġenerali militari, unitajiet/elementi kostitwenti nazzjonali li jikkontribwixxu għall-operazzjoni Concordia, l-assi tagħhom u l-mezzi tat-trasport; (ċ) "persunal EUF" tfisser il-persunal ċivili u militari assenjat lill-EUF; (d) "makkaniżmu" tfisser il-mekkaniżmu finanzjarju ta' operazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 biex jipprovdi għall-iffinanzjar ta'l-ispejjes komuni ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; (e) "Stati li jipparteċipaw" tfisser l-Istati Membri li japplikaw l-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP u Stati terzi li jipparteċipaw fl-operazzjoni Concordia billi jipprovdu forzi, persunal jew assi; (f) "Kummissjoni Konġunta tat-Talbiet" tfisser il-Kummissjoni Konġunta tat-Talbiet imwaqqfa skond l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus tal-farzi mmexxjija mill-Unjoni Ewropea (EUF) fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Artikolu 2 Parteċipazzjoni fl-Operazzjoni I r-Repubblika tat-Turkija għandha tipparteċipa fl-Operazzjoni Concordia b'kontinġent kif stabbilit fl-okkażjoni tal-Konferenza Ġenerali tal-Forza. Fejn meħtieġ, ir-rotazzjoni tal-persunal sekondat għandha tkun assigurata. I r-Repubblika tat-Turkija għandha tassigura li l-forzi tagħha u l-persunal iwettqu l-missjoni tagħhom b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP, il-pjan operazzjonali u l-miżuri ta' implimentazzjoni. I r-Repubblika għandha tinforma lill-mandant ta' l-operazzjoni ta' l-UE, lill-kmandant ta' l-EUF u lill-impjegati militari ta'l-UE b'kull tibdil fil-parteċipazzjoni tagħha fl-Operazzjoni Concordia. Artikolu 3 L-Istatus 1. Il-forzi u l-persunal li jipparteċipaw fl-Operazzjoni Concordia għandhom ikunu regolati bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-ex Repubblika tal-Maċedonja dwar l-istatus tal-forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-arranġamenti tiegħu ta' implimentazzjoni. L- istatus tal-persunal kontribwit lill-kwartieri ġenerali jew lill-elementi ta' kmand lokati barra l-ex Repubblika tal-Maċedonja għandu jkun regolat mill-arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u l-elementi ta' kmand konċernati u r-Repubblika tat-Turkija. Artikolu 4 Katina ta' kmand 1. Il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fl-Operazzjoni Concordia hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Unjoni Ewropea. 2. Il-forzi kollha u l-persunal għandhom jibqfgħu taħt il-kmand sħiħ ta' l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom. 3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operazzjonali lill-kmandant ta' l-operazzjoni UE. Il-kmandant ta'l-operazzjoni huwa ntitolat li jiddelega l-awtorità tiegħu. 4. Ir-Repubblika tat-Turkija għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' l-amministrazzjoni ta' kull jum ta' l-operazzjoni Concordia bħal dawk ta' l-Istati Membri parteċipanti skond l-Artikolu 8(4) ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà FYROM/1/2003 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat tal-Kontributuri. 5. Ir-Repubblika għandha teserċita ġurisdizzjoini fuq il-persunal tagħha. Il-kmandant ta' l-operazzjoni u l-kmandant tal-forza jistgħu f'kull żmien jitolbu l-irtirar tal-persunal tar-Repubblika tat-Turkija. 6. Rappreżentant militari anzjanta (SMR) għandu jiġi maħtur mir-Repubblika tat-Turkija biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-EUF. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant EUF dwar il-wistjonijiet kollha li jaffettwaw l-Operazzjoni Concordia u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kull jum tal-kontinġent. Artikolu 5 Informazzjoni klassifikata Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tassigura li meta l-informazzjoni klassifikata ta' l-UE tiġi ttrattata mill-persunal, dan il-persunal jirrispetta r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE [2], u jistgħu jinħarġu aktar gwidi mill-kmandant ta' l-operazzjoni. Artikolu 6 Aspetti finanzjarji 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, ir-Repubblika tat-Turkija għandha tassumi n-nefqiet kollha assoċjati ma' l-Operazzjoni Concordia sakemm in-nefqiet ma jkunux suġġetti għall-iffinanzjar komuni kif imniżżel fl-estimi operazzjonali ta' l-operazzjoni. 2. Fil-każi fejn il-Kummissjoni tat-Talbiet Konġunti tiddeċiedi li tagħti danni lil persuni naturali jew ġuridiċi mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tat-Turkija għandha tħallas għall-dawk id-danna jekk mewt, korriment, ħsara jew telf jiġu kawżati mill-persunal tagħha jew l-assi tagħha, sakemm il-mekkaniżmu, skond l-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi l-mekkaniżmu ma jiddeċiedix li jħallas għal dawk il-ħsarat. Artikolu 7 Kontribuzzjonijiet għan-nefqa komuni 1. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tikkontribwixxi għan-nefqa komuni ta' l-Operazzjoni Concordia Ammont ta' Ewro 136087,80 kull sitt xhur. 2. Għandu jiġi konkluż arranġament bejn l-amministratur tal-mekkaniżmu, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003, biex jipprovdi għall-iffinanzjar tan-nefqa komuni ta' l-operazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti amministrattivi tar-Repubblika tat-Turkija. Dan l-arranġament għandu jipprovdi dispożizzjonijiet dwar: (a) l-arranġamenti għall-ħlas u l-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja; (b) l-arranġamenti tal-verifikazzjoni li jkopru l-kontroll u l-verifika tal-kontribuzzjoni finanzjarja, fejn xieraq. 3. Il-kontribuzzjonijiet tar-Repubblika tat-Turkija għan-nefqa komuni ta' l-Operazzjoni Concordia għandhom jiġu depositati mir-Repubblika tat-Turkija f'kont tal-bank li għandu jiġi ndikat lil dak l-Istat mill-amministratur tal-mekkaniżmu. Artikolu 8 Nuqqas ta' ħarsien Jekk xi wieħed mill-Partijiet Parteċipanti jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu prekritti fl-Artikoli preċedenti, il-Parti l-oħra jkollha d-dritt li tittermina dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' xahar wieħed. Artikolu 9 Dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ malli jiġi ffirmat. Għandu jibqa' fis-seħħ għat-tul ta' żmien kollu tal-kontribuzzjoni tar-Repubblika tat-Turkija għall-Operazzjoni Concordia. Magħmul fi Brussel, 04-09-2003, fil-lingwa Ingliża f'erba' kopji. Għall-Unjoni Ewropea +++++ TIFF +++++ Għar-Repubblika tat-Turkija +++++ TIFF +++++ [1] ĠU L 34, tal-11.2.2003, p. 26. [2] ĠU L 101, tal-11.4.2001, p. 1. --------------------------------------------------